Żieda fin-nefqa tal-benefiċċji soċjali iżda tnaqqis ta’ persuni li jiddependu minnhom

Filwaqt li n-nefqa soċjali kompli tiżdied minn sena għal sena, d-dipendenza fuq il-benefiċċji soċjali fl-aħħar tmien snin naqset drastikament.  Statistika mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika uriet kif filwaqt li s-sena l-oħra n-nefqa soċjali qabżet il-biljun ewro, id-dipendenza soċjali mill-2013 sas-sena l-oħra rat tnaqqis ta’ iżjed min-nofs. Aqra aktar

Il-Gvern ikompli jikkonsulta mal-Kummissjoni Venezja

Il-Gvern talab il-parir tal-Kummissjoni Venezja dwar emenda legiżlattiva li hemm bżonn biex jibqa’ jissaħħaħ id-dritt ta’ smigħ xieraq kif imħares taħt il-Kostituzzjoni ta’ Malta, b’mod li jikkumplimenta wkoll l-istes dritt kif imħares taħt il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.Aqra aktar

Sentiment pożittiv għall-proposti mħabbra mill-Gvern dwar bidliet għall-użu responsabbli tal-kannabis

Sentiment pożittiv għall-proposti mħabbra mill-Gvern fil-White Paper dwar l-użu responsabbli tal-kannabis, fosthom mill-għaqda ReLeaf.

F’kummenti ma’ dan l-istazzjon, il-President ta’ din l-għaqda li taħdem biex tippromwovi l-użu regolarizzat tal-Kannabis, saħaq kif b’dawn il-proposti, jistgħu jieqfu l-laqgħat suspettużi bejn min jixtri u min ibiegħ.

Aqra aktar

Il-viżjoni tal-Gvern imfaħħra mill-Kamra tal-Kummerċ

Il-Viżjoni Ekonomika Nazzjonali tal-Gvern tirifletti x-xogħol li sar mill-Kamra tal-Kummerċ fl-aħħar 18-il xahar.

Dan kien kliem il-President tal-Kamra tal-Kummerċ il-Perit David Xuereb, li temm it-terminu tiegħu, u f’laqgħa ġenerali annwali elenka x-xogħol li sar biex in-negozji f’pajjiżna jkomplu javvanzaw.

Aqra aktar

Send this to a friend