L-MHRA tfaħħar l-inċentivi li ħabbar il-Gvern biex jiġbed turisti lejn Malta b’mod sigur

L-Assoċjazzjoni Matlija tar-Ristoranti u l-Lukandiera, l-MHRA, laqgħet b’sodisfazzjon l-iskemi li ħabbar il-Gvern b’rabta mal-pjan ta’ rkupru fil-qasam tat-turiżmu.

Fi stqarrija l-MHRA faħħret l-iskemi li jinkludu għotjiet lit-turisti li jirriservaw kmamar f’lukandi Maltin u Għawdxin tul is-sajf li ġej, kif ukoll l-iskema l-oħra li tinkludi investiment ta’ €3 miljun li tolqot lill-operaturi tal-ivjaġġar biex ukoll iħajru lit-turisti jagħżlu lil pajjiżna bħala d-destinazzjoni li jżuru.Aqra aktar

“Il-PN jittieħed bis-serjetà meta jibda jirrispetta l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna u mhux meta jużahom” – Il-PL

“Il-Partit Nazzjonalista jibda jittieħed bis-serjetà meta jibda jirrispetta l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna u mhux meta jużahom biss għall-iskopijiet politiċi tiegħu.”

Qal dan il-Partit Laburista fi stqarrija hekk kif sostna li l-istandards fil-Ħajja Pubblika jitolbu li l-Kumitat Parlamentari jkun rispettat u mhux imxekkel milli jiddiskuti u jiddelibera skont il-proċeduri stabbiliti.

Il-Partit Laburista tenna li filwaqt li huwa d-dritt tal-ġurnalisti li jfittxu l-informazzjoni, daqstant ieħor huwa dmir tal-politiċi li jirrispettaw l-istituzzjonijiet li jridu jaħdmu fihom.

“L-Oppożizzjoni tqis li l-istituzzjonijiet qegħdin hemm biex jaqdu l-iskopijiet politiċi tagħha. Għalhekk ma tistax tkun kredibbli,” tenna l-Partit Laburista.

Fi tmiem l-istqarrija l-Partit Laburista qal li bħala partit politiku huwa jemmen mod ieħor. Tenna li fuq kollox il-kredibbiltà tal-Partit Laburista ġejja wkoll mill-fatt li huwa l-istess Partit li waqqaf dawn l-istituzzjonijiet.

Send this to a friend