Sors ġdid ta’ kapital għal Start Ups

Imniedi fond innovativ li se jgħin lil Start Ups jiksbu sors ta’ kapital biex l-ideat innovattivi tagħhom jieħdu l-ħajja. L-inizjattiva, bl-isem ta’ ‘Seed Investment Scheme’, li se tibda topera minn Awwissu li ġej se tagħti investitaturi li jinvestu f’kumpaniji li għadhom se jifħtu jew li ilhom inqas minn tlett snin li fetħu, kreditu ta’ 35% fuq it-taxxa. Dan il-kreditu jitla sa massimu 250,000.
Aqra aktar

Rekord ieħor għat-turiżmu

Il-bieraħ irrappurtajna kif fl-ewwel sitt xhur tas-sena, l-ajruport internazzjonali ta’ Malta rreġistra żieda ta’ 10% fin-numru ta’ passiġġieri li għaddew minnu. Illum, statistika tal-uffiċju nazzjonali tal-istatistika ikkonferma rekord ieħor tul ix-xaħar ta’ Mejju.

Aqra aktar

Ġustizzja ma’ iktar suldati

Tul din l-amministrazzjoni 366 suldat ingħataw ġustizzja wara li għal bosta snin kienu vittmi ta’ diskriminazzjoni f’post tax-xogħol fejn kienu qed iservu lill-pajjiż.

Dan riżultat tal-fatt li fl-aħħar tliet snin il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta attwa numru ta’ miżuri skont rapporti li saru minn naħa tal-bord tal-inġustizzji tal-forzi tal-armati ta’ Malta.

Aqra aktar

L-Awditur Ġenerali: “Interventi mhux ġustifikati” minn Chris Said

Meta l-Awditur Ġenerali investiga skemi ta’ finanzjament bejn l-2008 u l-2013 mill-Gvern għall-Kunsilli Lokali, qal li l-interventi tas-Segretarjat Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Djalogu Pubbliku ma kienux ġustifikati.

Kien l-eks Ministru, u għal iktar żmien Segretarju Parlamentari, Chris Said li f’dan il-perjodu kien responsabbli mill-Kunsilli Lokali.  L-Awditur qal li l-interventi mhux ġustifikati kienu partikolarment fl-għażla preliminari ta’ applikazzjonijiet milqugħa fl-evalwazzjoni tas-sottomissjonijiet u fid-determinazzjoni tal-fondi allokati.

Aqra aktar

“Proposta nofsha moħmija”

L-Oppożizzjoni preżentat Mozzjoni fil-Parlament li ssejjaħ biex jitwaqqaf Kumitat Parlamentari li jkun jista’ jagħmel skrutinju tal-persuna li qed tiġi nominata mill-Gvern Malti biex tkun Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta. Il-Gvern wieġeb billi nnota l-mozzjoni li ressqet l-Oppożizzjoni, iżda ma jistax ma jirrimarkax li għal darb’oħra li din qed tagħmel biss proposta nofsha moħmija.

Aqra aktar

Oppożizzjoni mifxula – Gvern li qed iwettaq

F’dawn l-aħħar jiem ma naqsux l-iskandli ta’ xi membri tal-Oppożizzjoni li abbużaw bil-poter meta kienu suppost qed imexxu lil pajjiżna. Il-każ tal-Perit Toni Bezzina huwa wieħed li reġa’ ġab fix-xejn l-istandards tal-Kap tal-Oppozizzjoni Simon Busuttil, li għal darb’oħra reġa’ kien dgħajjef u ma ħa l-ebda passi.

Qegħdin nisimgħu bħalissa wkoll dwar il-każ ta’ Tonio Fenech bħala direttur ta’ kumpanija li grazzi għal Tonio, pajjiżna spiċċa fuq il-midja Żvediża u fejn saħansittra kellna wkoll ġurnalista Żvediża li ġiet hawn Malta biex issegwi dak li Tonio Fenech għamel.Aqra aktar

“Fl-aħħar xi ħadd sema’… kelli nħabbat ħafna bibien”

Deċiżjoni tal-Gvern se twassal biex persuni li jgħixu fi propjetà mikrija mhux se jkollhom bżonn aktar il-kunsens tas-sid biex jibbenifikaw minn roħs fil-kontijiet tal-enerġija.

Dan kien ftehim li ntlaħaq wara li fl-aħħar jiem kienu konklużi serje ta’ laqgħat mal-Gvern u l-entitajiet konċernati.

Lura fl-2011 grupp ta’ madwar mitt persuna minn pajjizi mill-Unjoni Ewropea fetħu kawża l-ARMS joġġezzjonaw minħabba diskriminazzjoni.Aqra aktar

Il-PN ‘jinsa’ jagħmel kawża fuq il-billboards

Il-Partit Nazzjonalista ma daħħalx fil-qorti kawża li qal li se jagħmel biex jikkontesta l-avviż legali li jirregola l-billboards.

Ftit tal-ġimgħat ilu, l-Imħallef Jacqueline Padovani Grima, laqgħet mandat tal-Partit Nazzjonalista u temporanjament waqqfet it-tneħħija ta’ billboards tal-partiti politiċi.

Il-pass li kien imiss kien li fi żmien 20 jum il-Partit Nazzjonalista jitfaħ kawża. L-20 jum skadew it-Tnejn 30 ta’ Mejju, iżda dan ma sarx.

Aqra aktar

Send this to a friend