BIL-FILMAT: Il-pjanijiet għat-trakka tal-karozzi jinsabu fi stadju avvanzat

Il-pjanijiet għal faċilità ġdida li se tinkludi fiha trakka tal-karozzi jinsabu fi stadju avvanzat ħafna.

Ħabbar dan is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima waqt żjara li għamel waqt sessjoni ta’ prova għall-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting.

“Il-komunità sportiva ħa jkollha faċilità li x-xogħol preparatorju diġà wasal fi stadju avvanzat ħafna u nara li dan ix-xogħol jibda kemm jista’ jkun malajr fix-xhur li ġejjin.”

Waqt iż-żjara tiegħu Grima ħabbar ukoll li l-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport se tibbenefika minn għotja ta’ mitt elf ewro mill-iskema ta’ Parteċipazzjoni Internazzjonali li hi amministrata minn SportMalta.

Duncan Micallef, sewwieq Malti b’esperjenza kbira anki barra minn xtutna, sostna li t-trakka tal-karting li ġiet inawgurata ftit tax-xhur ilu, kompliet ittejjeb it-talent tas-sewwieqa Maltin.

“Qabel ma kellna l-go-kart track konna diġà f’livell internazzjonali u konna qed nerbħu. Issa li għandna l-go-kart track u t-tfal sa minn 4 snin qed jipprattikaw żgur qed nara livell aktar superjuri minn dak li kellna.”

Tkellimna wkoll ma’ żewġ parteċipanti subien tal-Kampjonat, li stqarrew magħna għaliex iħobbu dan l-isport.

“Jien għandi 11-il sena dan l-isport jgħoġobni għax tmidd idejk u ssuq. – Il-go-kart inħobb nikkompeti ħafna biha.”

Se jiġi mħabbar il-pjan t’azzjoni tal-G7 dwar il-kontroll ta’ pandemija

Il-mexxejja tal-G7, li bħalissa jinsabu f’Cornwall fl-Ingilterra għal summit, se jkunu qed jimpenjaw irwieħhom sabiex jużaw ir-riżorsi kollha tagħhom fi sforz sabiex jassiguraw illi l-impatt devastanti li ħalliet il-pandemija tal-COVID ma terġax tirrepeti ruħha.

Infatti, llum huwa mistenni li joħorġu dikjarazzjoni li tistabilixxi numru ta’ miżuri ta’ kif se jintlaħaq dan il-għan. Wieħed mill-għanijiet huwa li, f’każ ta’ pandemija, jiġu żviluppati vaċċini li jilqgħu kontra l-mard infettiv f’minn tal-inqas 100 jum.

Aqra aktar

Malta tinnegozja b’suċċess deroga biex il-proġett tal-pipeline jitqies bħala proġett ta’ interess komuni għall-Ewropa

Malta, permezz tal-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli, innegozjat b’suċċess deroga li biha proġett ta’ pipeline tal-idroġenu (hydrogen) jibqa’ meqjus bħala proġett ta’ interess komuni għall-Ewropa, biex b’hekk jista’ jikkwalifika għal fondi Ewropej.

Ħabbar dan il-Gvern fi stqarrija, is-Sibt filgħodu hekk kif spjega li din id-deroga se tkun qed tapplika għal Malta u Ċipru u ġiet innegozjata waqt il-Kunsill tal-Enerġija li ltaqa’ f’Lussemburgu. Fil-fatt, il-Kunsill qabel fuq ir-Reviżjoni tat-Trans-European Energy Regulation. Dan il-ftehim huwa l-ewwel pass u jrid jiġi kkonfermat wara diskussjonijiet bejn l-istituzzjonijiet differenti.

Aqra aktar

Jilqgħu l-viżjoni ekonomika tal-Gvern u jfissruha bħala waħda li taħseb fit-tul

Il-viżjoni tal-Gvern għall-ekonomija Maltija għad-deċenju li jmiss imħabbra mill-Prim Ministru kienet imfaħħra minn diversi persuni minn oqsma differenti.

Huma elenkaw aspetti differenti ta’ din il-viżjoni li ser isservi bħala bażi soda mhux biss għall-għaxar snin li ġejjin iżda għal ġenerazzjonijiet sħaħ.

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, Marisa Xuereb fissret il-viżjoni tal-Gvern bħala waħda li tħares fit-tul u li minnha anki jistgħu jgawdu ġenerazzjonijiet sħaħ.

Qalet, “Hija viżjoni li ehe, taħdem fit-tul għaliex dawn huma l-fatturi li jikkontribwixxu għall-attività ekonomika jiġifieri mhumiex tal-mument. L-edukazzjoni hija xi ħaġa li dejjem għandek bżonn, l-ambjent dejjem għandek bżonnu mhix industrija t’issa bħal meta nimmiraw settur partikolari imma hija strateġija li tista’ tibni fuqha fuq ġenerazzjonijiet.”

Aqra aktar

Il-PN ma jafx hux se jżomm il-powerstation tal-gass

Il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech ma jafx hux ser iżomm il-powerstation tal-gass jekk ikun fil-Gvern.  Hekk stqarret kandidata tal-Partit Nazzjonalista, Rebekah Cilia li staqsejniha jekk fl-opinjoni tagħha il-Partit Nazzjonalista għandux jibqa’ juża l-powerstation li taħdem bil-gass li tant ilu jikkritika.Aqra aktar

Send this to a friend