Gvern – One News

Notifiki

Jekk inti separat legalment mhux se jkollok tistenna biex tikseb id-divorzju

Fi stqarrija, il-Gvern ippubblika l-abbozz ta’ liġi li jrid jemenda l-kundizzjonijiet marbuta mal-kisba tad-divorzju.

Fil-liġi tad-divorzju l-ġdida, il-Gvern qiegħed jipproponi li fejn il-partijiet ikunu diġà separati legalment, jiġifieri b’sentenza tal-Qorti jew b’kuntratt, m’għandu jkun hemm l-ebda perjodu ta’ żmien ta’ stennija sabiex persuna tkun tista’ tagħmel talba għad-divorzju.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Ara kif kienet moħbija d-droga li nstabet mid-Dwana

Il-Ħamis filgħodu, l-għada ta’ qabda rekord ta’ droga kokaina,  il-Ministru għall-Finanzi għamel żjara lill-ħaddiema tad-Dwana stazzjonati fil-Port Ħieles.

Id-Direttur Ġenerali tad-Dwana Joe Chetcuti spjega li s-sejba t’aktar minn sitt mitt kilogramma ta’ kokaina saret wara li l-ħaddiema li jevalwaw ir-riskju tal-kontainers iddentifikaw numru ta’ kontejners li seta’ kellhom xi llegalità.

Aqra aktar

Malta l-aqwa fl-Ewropa fit-tisħiħ tal-impjiegi

Malta kienet l-aqwa fl-Ewropa fit-tisħiħ tal-impjiegi, skont rapport li ħareġ l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat. Dan wera li filwaqt li f’pajjiżi oħra Ewropej, il-qgħad kompla jiżdied, f’Malta dan baqa’ relattivament stabbli.Aqra aktar

Send this to a friend