Malta tesprimi solidarjetà mal-Italja wara l-qtil tal-Ambaxxatur Taljan għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo  

Malta tesprimi solidarjetà mal-Italja u tikkundanna bl-akbar qawwa l-qtil brutali ta’ Luca Attanasio, Ambaxxatur tar-Repubblika Taljana għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, u l-qtil ta’ żewġ persuni oħra, fosthom uffiċjal militari tal-Carabinieri, li seħħew fit-22 ta’ Frar 2021 barra minn Goma, fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.Aqra aktar

Il-Gvern Malti jistieden lill-Gvern Taljan jieqaf jirrepeti allegazzjonijiet mhux sostanzjati

Il-Gvern Malti wieġeb allegazzjonijiet tad-Deputat Prim Ministru Taljan, Matteo Salivini, li Stati Membri tal-Unjoni Ewropea naqsu milli jipparteċipaw f’rilokazzjonijiet tal-immigranti. Fi stqarrija, il-Gvern fakkar lil Salvini li Malta kkordinat l-ewwel operazzjoni ta’ rilokazzjoni bejn numru ta’ Stati Membri Ewropej fil-każ tal-bastiment Lifeline. L-istess bastiment li minnu, l-Italja offriet li tieħu 50 immigrant minn Malta.Aqra aktar

Il-Gvern iwieġeb għall-kummenti skorretti tal-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte dwar id-Diciotti

Il-Gvern ta’ Malta jirreferi għall-kummenti skorretti li saru mill-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte fir-rapport tiegħu dwar il-każ tad-Diciotti iktar kmieni llum.

Il-Gvern Malti jisħaq li fil-każ tad-Diciotti, il-Gvern Taljan irid jerfa’ r-responsabbiltà kollha bl-obligazzjonijiet taħt il-liġi Ewropea u dik internazzjonali.

Aqra aktar

Send this to a friend