Gvern Laburista – Page 9 – One News

Notifiki

Jiżdiedu l-ħaddiema full-time

Għal dik li hija statistika dwar l-impjiegi s-sena l-ġdida bdiet fejn ħalliet dik ta’ qabilha.

L-ewwel pubblikazzjoni tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, l-NSO, kienet dwar in-nies jaħdmu f’Ġunju li għadda u minnha rriżulta li n-nies jaħdmu full time tela’ għal 179,760.

Aqra aktar

Ir-rata ta’ impjiegi fi tliet snin aktar minn dik f’ tlettax-il sena

 

  • L-ogħla rata ta’ mpjiegi fl-istorja
  • Rata ta’ impjiegi żdiedet b’aktar milli żdiedet fit-tlettax-il sena ta’ qabel flimkien
  • Żieda fin-numru ta’ nisa li sabu impjieg
  • 10% aktar ta’ persuni li għandhom aktar minn 55 sena sabu impjieg
  • Żieda fil-pagi

Il-Labour Force Survey ippublikata din il-ġimgħa tikkonferma li pajjiżna għandu l-ogħla rata ta’ impjiegi fl-istorja. Fit-tieni kwart tal-2016, ir-rata ta’ impjiegi f’Malta laħqet il-65.7%. Fl-istess żmien matul l-aħħar sena tal-amministrazzjoni preċedenti r-rata kienet 58.7%.
Aqra aktar

Tissokta l-konsultazzjoni dwar il-baġit

Il-miżuri li ħa dan il-Gvern mhux biss qed iħallu l-frott u qed itejbu l-kwalitá tal-ħajja, iżda għad iridu jħallu iktar impatt tanġibbli fuq l-ekonomija. Dan stqarru il-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna, matul business breakfast bħala parti mill-konsultazzjoni dwar il-baġit tas-sena d-dieħla. Matul din il-konsultazzjoni l-Gvern se jkun qed jisma s-suġġerimenti tal-imsieħba soċjali u s-soċjeta ċivili.

Aqra aktar

L-akbar investiment edukattiv għan-naħa ta’ isfel ta’ Malta

L-għoti tal-liċenzja lill-Universita Amerikana f’Malta mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla ifisser li, fl-ewwel tliet snin tal-leġislatura, il-Gvern irnexxilu jattira lejn Malta l-ikbar investiment barrani fl-enerġija, l-ikbar investiment barrani fis-saħħa u l-ikbar investiment barrani fl-edukazzjoni. Kull wieħed minnhom ifisser aktar tkabbir ekonomiku permezz ta’ niċċeċ ġodda li se jsarrfu f’aktar impjiegi u aktar ġid.
Aqra aktar

Send this to a friend