Il-Korp tal-Pulizija skatta l-proġett ta’ Pulizija fil-komunità fi 12-il lokalità.Aqra aktar

Il-Korp tal-Pulizija skatta l-proġett ta’ Pulizija fil-komunità fi 12-il lokalità.Aqra aktar
Fis-sentejn li ġejjin, il-prodott domestiku gross ta’ pajjiżna se jikber bit-tbassir ekonomiku ferm aħjar minn dak tal-pajjiżi oħra fiż-żona ewro.
Dan sostnih il-Bank Ċentrali ta’ Malta fejn ta dettalji tal-prospetti għall-ekonomija Maltija sal-2022.
Il-Bank Ċentrali spjega li fit-tieni kwart, waqt il-pandemija, ġie rreġistrat tnaqqis fl-andament ekonomiku iżda fit-tielet kwart hemm sinjali ta’ stabbilizzazzjoni.
Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qal li Gvern Laburista qed jirrikatta n-nies.
Fuq l-istazzjon tiegħu, Delia qal dan b’reazzjoni għall-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li ħabbar il-Prim Ministru, it-Tnejn filgħaxija.
6 linji tal-ajru differenti ser ikunu qed joffru titjiriet diretti lejn 17-il ajruport f’disa’ pajjiżi u reġjuni, inklużi Sqallija, il-Ġermanja, l-Isvizzera u l-Lussemburgu, għall-perjodu bejn Lulju u Ottubru.
Ħabbar dan l-ajruport internazzjonali ta’ Malta fi stqarrija hekk kif spjega li bħalissa t-tim tal-iżvilupp tat-Traffiku flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qegħdin jaħdmu mill-qrib mal-linji tal-ajru sħab tal-ajruport sabiex jerġgħu jibdew jibnu l-konnettività ta’ Malta, hekk kif ir-restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġjar qed jiġu llaxkati.
Ġie inawgurat ċentru tal-Medjazzjoni ġdid ġewwa l-Belt Valletta sabiex jassisti li ċittadin li ikun irid isolvi tilwim ċivili, kummerċjali jew industrijali u ma jkunx irrid jidħol l-Qorti.
Dan iċ-ċentru tal-Medjazzjoni ġie stabbilit bl-iskop li jipprovdi forum fejn żewġ partijiet jew aktar jistgħu volontarjament jissottomettu flimkien talba għal medjazzjoni quddiem iċ-Ċentru.Fil-proċess, medjatur jaġixxi bħala terza persuna mparzjali bl-għan li jiffaċilita n-negozjati bejn il-partijiet sabiex jgħinhom isolvu t-tilwim tagħhom billi jilħqu ftehim volontarju u f’waqtu.
Id-Deputati Nazzjonalisti minn fazzjonijiet differenti qed jiddefendu lill-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja Jason Azzopardi li ried jitfa’ lis-suldati l-ħabs.
Jason Azzopardi iffirma d-denunzja għal għaqda Repubblika u akkuża lill-Prim Ministru, lill-Brigadier Jeffrey Curmi u s-suldati membri tal-ekwipaġġ tal-patrol boat P52 bi qtil volontarju ta’ immigranti.
Iżda l-inkjesta Maġisterjali sabet li la l-Prim Ministru u lanqas l-armata ma qatlu persuni u d-denunzji ma kinux imsejsa fuq provi.
7 persuni oħra fiequ mill-Coronavirus f’pajjiżna. It-total ta’ nies imfejqa tela’ għal 583.
Fl-aħħar sigħat saru 977 test, fejn minnhom feġġew 3 każijiet
Il-każijiet attivi bħalissa huma 33 biss.
Fil-jum internazzjonali għall-Ambjent tħabbar li tliet żoni ġodda ser ikunu qed jingħataw iktar protezzjoni billi jiffurmaw parti min-network tal-Unjoni Ewropea Natura elfejn.
Is-siti ġodda li ser ikunu qed jiżdiedu mal-lista huma Tal-Wej, limiti tal-Mosta, Ħas-Saptan, limiti ta’ Birżebbuġa, u Wied il-Mielaħ li jinsab fil-limiti tal-Għarb, Għawdex.
Fi żjara li saret fl-uffiċini tal-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar l-għotja ta’ miljun u nofs ewro mill-fond għall-iżvilupp nazzjonali u soċjali sabiex Caritas Malta tinvesti fi proprjetà ġdida fi Blata l-Bajda.
Caritas se tkun qed tagħmel ċentru li minnu jingħataw servizzi ta’ rijabilitazzjoni mid-droga fost oħrajn.
Il-Prim Ministru qal li l-ġid li ħoloq dan il-programm imur lil hinn minn għajnuna finanzjarja f’mumenti ta’ emerġenza nazzjonali.
Il-programm Summer on the Move se jibda mit-13 ta’ Lulju bħalma kien ippjanat hekk kif mill-ewwel ta’ Lulju se jibda jsir it-taħriġ komplut għad-dixxiplini sportivi meqjusin bħala contact sport u mill-15 ta’ Lulju jibdew isiru l-kompetizzjonijiet għall-istess dixxiplini sportivi.
Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima waqt konferenza stampa dwar it-tneħħija t’aktar miżuri b’rabta mal-isport.
Send this to a friend