Ġustizzja – Page 4 – One News

Notifiki

“Li m’għamilx ħaddiehor f’25 sena, għamilnih aħna”

“Li m’għamilx ħaddiehor f’25 sena, għamilnih aħna. Iktar trasparenza fl-għazla ta’ Imhallfin u Maġistrati”.

Kliem il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici, meta fuq il-mezzi soċjali ppublika  filmat dwar ir-riforma fil-proċess ta’ ħatriet tal-ġudikanti. Iktar kmieni din is-sena pajjiżna kellu l-ikbar riforma kostituzzjonali f’dawn l-aħħar 30 sena.

Issa hemm aktar trasparenza – l-għażla tal-ġudikanti hija f’idejn il-kabinett. Minflok, ġie ifformat sotto-kumitat fi ħdan il-kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja. Biex tkun taf dwaru u kif jaħdem, segwi l-filmat hawn taħt.

Aqra aktar

Iktar avukati jfaħħru d-drittijiet ġodda għaċ-ċittadin fi proċeduri kriminali

L-avukat Stephen Tonna Lowell irreaġixxa b’mod pożittiv ħafna għall-fatt li persuna arrestata issa se jkollha dritt li tagħżel avukat sa mill-bidu tal-arrest.

F’intervista ma’ one.com.mt qal li issa pajjiżna se jkun qiegħed jimplimenta b’mod effettiv id-direttiva Ewropea li tħares lil min ikun fi stat mill-aktar vulnerabbli, ċioe l-ħin tal-arrest.

Dr Tonna Lowell jemmen li l-interpretazzjoni tal-aħbar minn ċertu ġurnali kienet għall-kollox skorretta. Dan b’referenza għal dak li kien irrapportat fit-Times of Malta.

screen-shot-2016-10-01-at-11-35-21

Segwi hawn ir-rimarki tal-avukat magħruf sew fejn jidħol il-kamp kriminali.

Aqra aktar

Jipproponu medjazzjoni fil-każ ta’ libelli

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin laqa’ l-istedina tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali fil-proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-White Paper għal titjib fil-qasam tal-medjazzjoni.

Wara li eżamina d-Dokument ta’ Konsultazzjoni, l-Istitut osserva li għalissa l-kunċett tal-medjazzjoni se jkun applikat għal kwistjonijiet li jirrigwardaw il-kirjiet.

L-Istitut jemmen li hemm qasam ieħor fejn dan il-kunċett għandu jkun introdott, li huwa fil-każ tal-libelli.

Aqra aktar

Il-medjazzjoni tgħin fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja

Fil-jiem li għaddew smajna r-reazzjoni ta’ esperti legali dwar il-proposti għall-użu tal-medjazzjoni fil-qasam tal-kera. One News tkellem ma’ ta’ esperjenza fil-qasam, Patrick Galea, li huwa kunfidenti li l-emendi proposti se jgħinu fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja.

Aqra aktar

Il-Ministeru għall-Ġustizzja jwieġeb

Il-Ministeru għall-Ġustizzja wieġeb għall-konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Malta Union of Teachers dwar il-każ ta’ LSA li qed tiġi akkużata b’reati sesswali fil-konfront ta’ minuri.

Il-Ministeru għamilha ċara li l-ġudikatura titħalla tagħmel xogħolha b’awtonomija sħiħa u għalhekk la jindaħal u lanqas jiddiskuti l-mertu tal-kawżi individwali.

Biss, ippreċiża l-fatti.

Aqra aktar

Charter biex tintilef inqas fil-kurituri tal-qorti

Il-proċess tal-qrati jaf ikun ikumplikat għall-individwu li jfittex rimedju għall-inġustizzja li jkun sofra. Għaldaqstant il-Ministeru għall-Ġustizzja nieda Charter għaċ-ċittadini li jużaw is-servizzi tal-Qorti kif ukoll ġabra ta’ drittijiet li joħorġu mil-liġijiet tagħna. Din kienet wegħda oħra mill-manifest elettorali u parti mill-proġett ta’ dan il-Gvern għal riforma fil-qasam tal-Ġustizzja.

Aqra aktar

‘Turnaround’ fil-qasam tal-ġustizzja

Fl-2014, pajjiżna ra żieda fl-ammont ta’ kawżi u proċeduri ġodda li daħlu fil-qasam ċivili, kummerċjali u amminstrattiv. Minkejja dan, meta mqabbel mal-qrati tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, pajjiżna irreġistra titjib konsiderevoli fejn jidħol id-dewmien biex jinqatgħu dawn il-każijiet. Il-qabża hija ċara wkoll meta wieħed iħares lejn id-dewmien fis-sistema ġudizzjarja Maltija fis-snin precedenti.  Aqra aktar

Send this to a friend