“Malta għamlet progress sinifikant fejn jidħol il-qasam tal-ġustizzja u hemm ir-rieda politika li jsir aktar titjieb.” Aqra aktar

“Malta għamlet progress sinifikant fejn jidħol il-qasam tal-ġustizzja u hemm ir-rieda politika li jsir aktar titjieb.” Aqra aktar
Il-Ministeru tal-Ġustizzja fi stqarrija qal li llum twettqet wegħda oħra elettorali bil-promulgazzjoni ta’ avviż legali li waqqaf Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati bl-għan li tiżdied l-awtonomija amministrattiva u li jiġu modernizzati iktar isservizzi li jiġu offruti liċ-ċittadin fejn jidħlu l-Qrati ta’ pajjiżna. Aqra aktar
Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal li din is-sena se jispiċċaw tliet ġudikanti u sakemm isir ix-xogħol ta’ riforma dwar kif jingħażlu dawk flokhom ma jistax ma jimlihomx bis-sistema preżenti. Meta wieġeb mistoqsija parlamentari minn Simon Busuttil, il-Ministru Bonnici qal li jekk ma jagħmilx hekk, ibgħatu ċ-ċittadini.Aqra aktar
Il-Ministeru għall-Ġustizzja ħabbar li daħħlet fis-seħħ sistema fil-Qorti magħrufa bħala Electronic Court Citation Management System, jew e-CCMS, li se tiffaċilita fost oħrajn il-ġbir ta’ informazzjoni u statistiċi meħtieġa għall-Qorti. Din hija sistema mill-aktar effiċjenti li tgħin sabiex proċessi ġudizzjarji jkunu dejjem aktar spediti, bl-għan ewlieni li l-professjoni legali u anke ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kollha jgawdu minn servizz konvenjenti u professjonali.
Il-Ministeru għall-Ġustizzja qal li dan kollu juri kif il-gvern qiegħed ikompli bl-impenn sfieq tiegħu li jsaħħaħ l-istrutturi ġudizzjarji u li jtejjeb is-servizzi offruti mill-Qrati. Il-Ministru Owen Bonnici spjega kif minbarra l-benefiċċju li n-notifiki jibdew isiru minn kumpanija privata u mhux minn uffiċjali tal-pulizija, hemm il-benefiċċju li kawżi hekk imsejħa sommarji ta’ distretti partikolari, li jġorru magħhom sa sentejn priġunerija, issa se jiġu rreġistrati f’sistema elettronika li hija traċċabbli.Aqra aktar
F’diskors mill-aktar emozzjonanti, fl-istess kamra f’Kastilja fejn fl-20 t’April tas-sena l-oħra kien qal li l-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu u ta’ familtu huma gidba, illum il-Prim Ministru Joseph Muscat, iswed fuq l-abjad irreaġixxa għar-riżultati tal-inkjesta dwar l-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu, ta’ martu Michelle u ta’ familtu.
Innota li l-akbar gidba fl-istorja politika ta’ pajjiżna – illum mhijiex biss konfermata iżda hija ċertifikata.
Gidba ċertifikata minn inkjesta ta’ membru tal-ġudikatura mhux magħżul minnu, li jgawdi l-fiduċja ta’ kulħadd, u li ħa b’kollox 15-il xahar biex stabbilixxa l-fatti kollha sal-iċken dettall.
Stqarr li kien dispjaċut li martu Michelle ma kinitx miegħu, kif xtaqet tkun, minħabba li tinsab imsiefra b’ konnessjoni ma ħidma fil-volontarjat.
Filwaqt li rringrazzja lil uliedu, Joseph Muscat qalilhom li la ommhom u lanqas missirhom ma huma sejrin il-ħabs. Qalilhom li huwa kburi li hu l-Prim Ministru ta’ Malta u li jittama li jkunu kburin bih daqskemm hu kburi bihom.
Wara li sar magħruf li l-ammont ta’ kawżi pendenti fil-Qrati Ċivili kompla jonqos matul is-sena li għaddiet, statistika uffiċjali għas-sena 2017 turi li anke fil-Qrati Kriminali kien hemm tnaqqis fl-ammont ta’ kawżi pendenti.
Fil-fatt, l-istatistika turi li l-ammont ta’ kawżi kriminali pendenti matul l-2017 niżel għal 13,185 jiġifieri 13 fil-mija inqas minn ħames snin ilu.
Dan seħħ peress li bħalma ġara fil-Qrati Ċivili, fil-Qrati Kriminali nqatgħu iktar kawżi milli fil-fatt daħlu. Ir-rata ta’ kemm inqatgħu kawżi telgħet għal 112%, li hi l-aqwa rata ta’ effiċjenza reġistrata fl-aħħar snin.
Din hi l-iktar rata pożittiva fl-aħħar snin, tant li sa ħames snin ilu r-rata kienet fin-negattiv għax kienu qed jinqatgħu inqas kawżi milli jidħlu.
Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici qal li dawn ir-riżultati huma pożittivi għax juru li matul is-sena 2017 kompla jinżel l-ammont ta’ kawżi pendenti kemm fis-settur ċivili u kemm fis-settur kriminali. Spjega li dan jagħti iktar enerġija lill-Gvern biex ikompli bir-ritmu li qabad ta’ tibdil u ta’ riformi sabiex il-proċessi ġudizzjarji kemm fis-settur ċivili kif ukoll fis-settur kriminali jsiru iktar spediti fl-aħjar interess tal-familji u tan-negozji Maltin u Għawdxin.
Ir-raġel li allega li meta kien ingħata sentenza ta’ xogħol komunitarju mill-Maġistrat Joe Mifsud spiċċa jagħmel xogħol fir-residenza li l-Maġistrat għandu f’Għajnsielem qal fl-awla tal-Qorti li din kienet gidba li vvinta biex jsalva r-relazzjoni tiegħu mat-tieni mara tiegħu.
Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici ltaqa’ mal-eks maġistrat, eks ministru u eks MEP Antonio Di Pietro. Owen Bonnici u Antonio di Pietro tkellmu dwar diversi suġġetti relatati mas-sistemi ġudizzjarji Maltin u Taljani.
Għal-laqgħa attendew ukoll l-Avukat Ġenerali Peter Grech u l-Ambaxxatur Taljan għal Malta Mario Sammartino.
Qabeż id-9,000 in-numru ta’ persuni li applikaw taħt skema li nieda l-Gvern maħsuba biex issewwi inġustizzji li ilhom itulu s-snin. Filwaqt li bħalissa għaddej eżerċizzju bil-għan li jkun analizzat min jikkwalifika taħt din l-iskema, l-ewwel pagamenti mistennija jsiru f’Ottubru. Ikkonferma dan is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, Mark Musu.
Din kienet miżura oħra tal-baġit għal din is-sena u għaliha hemm allokati tmien miljun ewro. Ammont ta’ flus li se jintuża fl-ewwel sena tal-iskema li hi maħsuba li tkun estiża fuq numru ta’ snin bl-istess mod kif qed titħaddem l-iskema ta’ rifużjoni għal dawk li ħallsu taxxa żejda fuq il-karozzi. Permezz ta’ pagament kull sena dawn il-persuni jieħdu somma bħala kumpens għal dak li setgħu sofrew tul is-snin.
“L-istorja fuq il-faċċata tat-Times of Malta ġiet iffabbrikata. Il-ġurnalist, Ivan Camilleri, li kiteb dan l-artiklu qatt ma staqsa speċifikament lill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali dwar l-inkjesta Egrant u għal raġunijiet li jaf hu biss, iddeċieda li jivvinta storja bi tweġibiet ġeneriċi li għamel il-Ministeru li ġew manipulati.”
Send this to a friend