Notifiki

Fl-2020 il-Kummissarji tal-Ġustizzja semgħu 213,830 każ ta’ reati minuri – il-maġġoranza b’rabta mat-traffiku

Is-sena l-oħra l-Kummissarji għall-Ġustizzja ppresedew total ta’ elfejn u mitejn u għaxar seduti, li fihom instemgħu mitejn u tlettax-il ef u tmien mija u tletin każ ta’ reati minuri f’oqsma differenti.

Il-qasam tat-traffiku ra l-ogħla numru ta’ każijiet. Għar-reati żgħar bħal meta l-ġenituri ma jibgħatux l-uliedhom l-iskola kien hemm tlett elef u mija u tlieta u tmenin kawża filwaqt li l-qasam tal-iskart tratta elf, mija u sebgħa u għoxrin kawża.

Aqra aktar

Ippubblikati l-proposti għar-riformi fil-ġudikatura li ntbagħtu lill-Kummissjoni Venezja u li ġew imfissra bħala pakkett ta’ riformi storiċi

Il-Gvern ippubblika l-proposti għar-riformi fil-ġudikatura li ntbagħtu lill-Kummissjoni Venezja u li ġew imfissra bħala pakkett ta’ riformi storiċi. Aqra aktar

Eżenzjoni mill-ħlas għall-ftuħ tar-reġistru tal-Qorti

Avviż legali ppubblikat jara li persuna li tkun trid tressaq rikors għall-ftuħ tar-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja, tkun tista’ tagħmel dan mingħajr ma tħallas id-drittijiet għall-ftuħ tar-Reġistru. Dan f’kawżi ta’ separazzjoni, divorzju, annullament, manteniment, filjazzjoni, paternità, sekwestru jew kustodja ta’ minuri u f’konnessjoni ma’ atti preżentati minn kuraturi ex officio. Aqra aktar

Mark Chetcuti se jinħatar Prim Imħallef


L-Imħallef Mark Chetcuti se jinħatar Prim Imħallef mill-President ta’ Malta hekk kif Joseph Azzopardi se jirtira fit-8 t’April li ġej. Aqra aktar

Send this to a friend