Notifiki

Jgħid li r-riforma tal-kirjiet ta’ qabel l-1995 għad iridu jarawha l-avukati tal-PN 

L-Oppożizzjoni baqgħet iżolata waħidha kontra r-riforma dwar il-kirjiet ta’qabel l-1995, bil-Kap Nazzjonalista Bernard Grech spiċċa jgħid li l-Partit Nazzjonalista għadu bla pożizzjoni dwar din ir-riforma proposta. Għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti huwa u ħiereġ minn żjara li għamel fl-uffiċini ta’ kumpanija lokali, liema mistoqsijiet huwa spiċċa ħarab billi daħal jiġri f’lift, Bernard Grech spiċċa stqarr li l-Oppożizzjoni għadha trid tiddiskuti din ir-riforma proposta.Aqra aktar

Chairperson u Segretarju Ġenerali ġdid għall-IĠM

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin għandu Kunsill ġdid li kien elett waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali li saret illum is-Sibt 28 ta’ Lulju 2018.  Fl-elezzjoni li saret skont l-istatut tal-IĠM, il-membri vvutaw biex jeleġġu tliet uffiċjali u erba’ membri li se jservu għas-sentejn li ġejjin.

Aqra aktar

Żewġ ġurnalisti Olandiżi meħlusa fil-Kolumbja

Żewġ ġurnalisti Olandiżi li kienu maħtufa l-ġimgħa li għaddiet minn ribelli fil-Kolumbja inħelqu wara jum ta’ rapporti kunfliġġenti dwar id-destin tagħhom.

Derk Bolt u Eugenio Follender ngħataw lura lid-delegazzjoni mill-Uffiċċju tal-Ombudsman Kolumbjan.

Aħbar li kienet mistennija ħafna mill-familjari tagħhom dan hekk kif għall-ewwel intqal li se jinħelsu l-Ġimgħa iżda kien hemm tibdil fil-ftehim u baqgħu miżmuma milli jinħelsu.

Ġurnalist Franċiż u ieħor Iraqin maqtula f’Mosul

Ġrunalist Franċiż u ieħor Iraqin sfaw maqtula wara splużjoni fil-belt Iraqina ta’ Mosul.

Stephan Villeneuve u Bakhtiyar Haddad kienu qed jirrapportaw dwar l-avvanz tal-forsi Iraqini fil-ġlieda kontra l-militanti tal-Istat Islamiku.

Żewġ ġurnalisti Franċiżi ndarbu waqt dan l-inċidetn, b’wieħed minnhom indarab b’mod serju.

 

Send this to a friend