ġurnalist – One News

Raġel jinstab ħati li ħebb għal ġurnalist

Sentenza sospiża ta’ sitt xhur ħabs għal raġel li nstab ħati li ta daqqa ta’ ponn f’għajnejn ġurnalist sportiv fil-Luxol grounds f’Pembroke.  Il-każ seħħ f’Settembru tas-sena li għaddiet meta Francis Muscat ta daqqa ta’ ponn lill-ġurnalist Antvin Monseigneur minħabba artiklu li kien kiteb.  Konsegwentament dan ikkawżalu ġrieħi ta’ natura gravi.  Il-Qorti ordnat li tinħareġ ordni ta’ protezzjoni fuq il-vittma.

Ġurnalist Messikan jinqatel fi sparatura

Il-ġurnalist Messikan Javier Valdez, magħruf għal mod ta’ kif irrapporta b’mod ġurnalistuku t-traffikar tad-droga, inqatel waqt sparatura.

Il-persuni li sparaw fuq Valdez fil-belt Culiacan fl-istat ta’ Sinaloa għadhom ma ġewx identifikati.

Valdez li kellu 50 sena, ingħata l-International Press Freedom Award mingħand il-Committee to Protect Journalist fl-2011 għax-xogħol li hu wettaq.

Valdez hu wieħed fost bosta ġurnalisti li nqatlu fil-Messiku din is-sena.

Il-ġurnalist tal-BBC illiberat

Il-ġurnalist tal-BBC li tressaq il-Qorti t’Għawdex akkużat li ħebb għal żewġ kaċċaturi f’Għawdex ġie lliberat minħabba nuqqas ta’ provi.

Chris Packham kien ħabbar li se jitressaq il-Qorti permezz ta’ filmat fuq twitter. Qal li nżamm fi stazzjon tal-Pulizija f’Għawdex għa sagħtejn u li ssejjaħ jidher għada filgħodu, akkużat li uża l-forza kontra xi ħadd bl-intenzjoni li jweġġa’ jew jinsulta. Stqarr ukoll li huwa kompletament innoċenti minn dawn l-akkużi.

Aqra aktar

Ġurnalist tal-BBC irrabjat sew għalina wara li arrestawh f’Għawdex…

Ġurnalist tal-BBC se jitressaq il-Qorti t’Għawdex għada akkużat li ħebb għal żewġ kaċċaturi f’Għawdex stess.

Chris Packham se jitressaq il-Qorti għada, u ħabbarha hu stess permezz ta’ filmat fuq twitter. Qal li nżamm fi stazzjon tal-Pulizija f’Għawdex għa sagħtejn u li ssejjaħ jidher għada filgħodu, akkużat li uża l-forza kontra xi ħadd bl-intenzjoni li jweġġa’ jew jinsulta. Stqarr ukoll li huwa kompletament innoċenti minn dawn l-akkużi.Aqra aktar

Ġurnalist Malti fil-Polonja jikkummenta dwar l-MEP Pollakk li tkellem kontra n-nisa

Wara li Membru Parlamentari Ewropew Pollakk ħadha qatta’ bla ħabel kontra n-nisa ONE.COM.MT ħa l-kummenti ta’ ġurnalist Malti ibbażat fil-Polonja.

Roberto Galea li ilu sa mill-2004 jaħdem ma’ Polskie Radio (l-istazzjon nazzjonali tar-radju fil-Polonja) tkellem magħna dwar Janusz Korwin-Mikke, il-politiku eċċentriku.

Tista’ tisma’ l-kummenti tal-ġurnalist Malti hawn isfel.

Aqra aktar