gurnalist sportiv – One News

Notifiki

Raġel jinstab ħati li ħebb għal ġurnalist

Sentenza sospiża ta’ sitt xhur ħabs għal raġel li nstab ħati li ta daqqa ta’ ponn f’għajnejn ġurnalist sportiv fil-Luxol grounds f’Pembroke.  Il-każ seħħ f’Settembru tas-sena li għaddiet meta Francis Muscat ta daqqa ta’ ponn lill-ġurnalist Antvin Monseigneur minħabba artiklu li kien kiteb.  Konsegwentament dan ikkawżalu ġrieħi ta’ natura gravi.  Il-Qorti ordnat li tinħareġ ordni ta’ protezzjoni fuq il-vittma.

Send this to a friend