Notifiki

Isofri ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku f’Għawdex

Raġel minn Ħaż-Żabbar qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Għawdex.

Qal dan il-Korp tal-Pulizija fi stqarrija hekk kif spjega li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq ir-Rabat, in-Nadur, Għawdex.

Fil-fatt, malli l-Pulizija tad-Distrett marret fuq il-post irriżulta li r-raġel ta’ 36 sena u li kien qiegħed isuq quadbike Kymco, tilef il-kontroll u ħabat ġo vann tat-tip Isuzu li kien ipparkjat.

Aqra aktar

Raġel isofri ħruq hu u jaħdem murtal f’kamra tan-nar fil-Qrendi

Raġel ta’ 35 sena li jgħix il-Kalkara ndarab gravi wara li sofra ħruq f’kamra tan-nar.

L-inċident seħħ it-Tnejn għall-ħabta tal-4.45pm, fejn mill-ewwel investigazzjonijeit jidher li r-raġel sofra ħruq waqt li kien qed jaħdem fuq murtal.

Hu ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.

Anzjana f’qagħda gravi wara li r-residenza li kienet fiha fiż-Żurrieq inħakmet minn nirien

Anzjana ta’ 75 sena sofriet minn ġrieħi gravi wara li r-residenza li kienet fiha fiż-Żurrieq inħakmet minn nirien.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija fi Triq Santa Katerina fiż-Żurrieq.

Minn informazzjoni li kiseb One News jidher li fir-residenza kien hemm żewġ anzjani, it-tnejn ta’ 75 sena. Kienet kamra tas-sodda tal-istess residenza li ħadet in-nar. Fuq il-post assistew membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u uffiċjali tal-Pulizija.

Iż-żewġ anzjani ttieħdu l-isptar Mater Dei għal aktar kura fejn rriżulta li waħda sofriet ħruq filwaqt li l-anzjana oħra belgħet id-dħaħen.

Aktar tard l-anzjana li sofriet ħruq ġiet ċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-anzjana li belgħet id-dħaħen ġiet ikkurata u ntbagħtet lura d-dar.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.

Send this to a friend