Gozo – Page 4 – One News

Notifiki

#ĊittadellaGozo – teżor nazzjonali rinovat

Tnieda staġun ta’ attivitajiet kulturali u artistiċi biex jinawgura l-fortifikazzjoni taċ-Ċittadella wara li tlesta proġett kbir ta’ restawr.

Tnediet ukoll #ĊittadellaGozo – staġun t’attivitajiet u kampanja ta’ għarfien fuq il-media soċjali, televiżjoni, billboards, siti ta’ vjaġġar u turiżmu.

Aqra aktar

Karozza li tidher sospiża wara li niżlet mill-Gozo Channel

Qarrej ta’ dan is-sit bagħat ritratt ta’ karozza li għal ftit mumenti spiċċat tistrieħ fuq ir-rampi fuq l-art wara li niżlet mill-vapur tal-Gozo Channel.

Is-sitwazzjoni kienet ikkontrollata minnufih u ħadd ma ndarab. Il-karozzi l-oħra li kienu fuq il-vapur niżlu mingħajr xkiel wara li l-vapur kien irmiġġjat. 

Tal-Katidral lesti jbiddlu l-pjan

L-Amministrazzjoni tal-Katidral ta’ Għawdex qalet li lesta tesplora possibbiltajiet ġodda dwar il-proġett propost għall-parkeġġ, bil-għan li l-binja tad-dar tal-familja Magri, ma titwaqqax.

Din id-dar qajmet kontroversja hekk kif għaqdiet ambjentali u tal-wirt kulturali opponew li din it-triq titwaqqa’ biex tkun parti mill-proġett. “L-amministrazzjoni tal-Katidral qiegħda tagħmel dan filwaqt li tibqa’ temfadizza b’konsisntenza l-ħtieġa għall-faċilitajiet ta’ parkeġġ fid-dintroni, kif ikkontemplat u propost fil-Masterplan taċ-Ċitadella,” qalet l-amministrazzjoni tal-katidral. L-amministrazzjoni tal-Katidral tirrimarka wkoll li l-kritika u l-oppożizzjoni kontra da nil-proġett mhux dejjem kienu preċiżi u veritiera u għalhekk ma tistax ma turix id-diżaprovazzjoni tagħha lejn dak li ddeskriviet bħala antagoniżmu.

Aqra aktar

Il-Pedamenti ta’ dar mistennija

Bdew jinbnew il-pedamenti ta’ dar li f’Għawdex hija mistennija ferm. Dik f’Għajnsielem hi l-ewwel dar tal-anzjani bis-sehem tal-Gvern li se ssir f’Għawdex u qed tinbena f’lok li se jkollu veduti mill-isbaħ.

Fl-aħħar jiem ix-xogħol tal-bini qabad ritmu tajjeb ferm bil-pedamenti jinsabu fi stat avvanzat biex sa wara s-sajf ix-xogħol ikun ingħata spinta liema bħalha. Biex imbagħad ftit ftit il-post jibda jieħu sura lussuża fejn se jkun hemm 70 kamra mgħammra bl-aqwa faċilitajiet.

Aqra aktar

Investiment ta’ €5,000,000 mill-Magro Brothers

Investiment ta’ €5,000,000 mill-Kumpanija Magro Brothers Group tħabbar waqt żjara li l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo għamel lil din il-kumpanija.  Din is-sena Magro Brothers ser ikunu qed jiċċelebraw il-mitt sena mit-twaqqif tagħhom.

Anniversarju li jirrappreżenta pass importanti għall-ekonomija Għawdxija, għall-agrikoltura nazzjonali u setturi kummerċjali. Il-kumpanija għadha impriża ewlenija fl-industrija tal-agrikoltura Maltija u fil-promozzjoni ta’ prodotti lokali fis-swieq barranin.

Aqra aktar

Send this to a friend