Gozo – One News

Notifiki

Wegħda oħra mwettqa bit-tnedija tal-Gozo Teleworking Scheme

Fi żmien meta ta’ bla ħsieb beda jintuża aktar it-teleworking u ħareġ ċar kemm huwa ta’ benefiċċju għal min iħaddem u għall-impjegati, tnediet skema ta’ teleworking għall-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu fis-settur privat f’Malta. Aqra aktar

Titnieda pjattaforma online għall-artisti Għawdxin b’kompetizzjonijiet u premji kull ġimgħa

Il-Ministeru għal Għawdex, permezz tad-Direttorat għall-Kultura, nieda l-paġna ta’ Facebook Gozo-Unity in Creativity. Din il-pjattaforma online se tikkonsisiti f’kompetizzjonijiet bi premju kull ġimgħa, b’temi differenti, u wieħed se jkun jista’ jsegwi wkoll intervisti ma’ artisti Għawdxin skont it-tema partikolari tal-ġimgħa.Aqra aktar

Gozo Alive 2020 – tlett ijiem ta’ divertiment għall-familja kollha

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri indirizza konferenza tal-aħbarijiet fejn nieda Gozo Alive 2020, avveniment li sar parti mill-kalendarju kulturali f’Għawdex. Il-Ministru Camilleri qal li l-attivitajiet f’Għawdex matul din is-sena se jkomplu fl-aqwa tagħhom b’aktar viżitaturi li jaqsmu l-fliegu sabiex igawdu mill-attivitajiet organizzati. Huwa spjega li wieħed mill-għanijiet ta’ Gozo Alive huwa li tingħata opportunità lill-artisti Għawdxin u Maltin sabiex jesponu t-talenti tagħhom u jkunu parti minn dan l-avveniment.Aqra aktar

Il-BOV ikabbar l-operat tiegħu f’Għawdex

Riżultat tat-tkabbir ekonomiku anki fil-gżira tat-tliet għoljiet, il-Bank of Valletta mhux biss fetaħ fergħa ġdida fix-Xagħra iżda wkoll Ċentru għall-Investiment ġdid fir-Rabat. Żaret dawn iż-żewġ binjiet, il-Ministru Justyne Caruana li stqarret kif l-espanjoni tal-Bank of Valletta hija dikjarazzjoni ċara ta’ impenn reċiproku bejn il-Gvern u l-Bank of Valletta.

Hawnhekk fissret li l-Bank qed jaqdi l-interessi tal-klijenti tiegħu u min-naħa l-oħra qed tkompli tieħu s-sura l-viżjoni tal-Gvern għal Għawdex, dik li jkompli jassigura tkabbir ekonomiku, opportunijiet ta’ investiment u fuq kollox li jkomplu jinħolqu aktar impjiegi fis-settur finanzjarju. Il-Ministru Justyne Caruana qalet ukoll li l-Bank of Valletta huwa wieħed mill-pilastri ewlenin tas-servizzi finanzjarji f’pajjiżna.

Fid-dawl ta’ dan qalet ukoll li anki f’Għawdex il-bank investa bi sħiħ fosthom fir-riżors uman fejn illum jimpjega mal-mija u sbatax-il ħaddiem Għawdxi.

Pjan biex jinbena breakwater ġdid f’Marsalforn

Bi breakwater ġdid u xogħlijiet ta’ tisbiħ mal-kosta, il-bajja ta’ Marsalforn se joffri esperjenza isbaħ u iktar pożittiva għar-residenti u dawk li jżuru din iż-żona.

Saħqet dan il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana, li ddeskriviet il-proġett tal-break water bħala proġett kbir u ferm importanti li jifforma parti mill-masterplan ambizzjuż għal Marsalforn.Aqra aktar

Il-Gozo Channel b’tibdil fl-iskeda

Il-kumpanija tal-Gozo Channel ħabbret li wieħed mill-vapuri tagħha, Mv Ta’ Pinu se jieqaf jopera għal tliet ġimgħat bejn it-8 u d-29 ta’ Jannar.

Biex tikkumpensa dan, il-kumpanija ħabbret li mid-9 ta’ Jannar il-vjaġġi ta’ filgħodu se jkunu qed isiru kif tindika din it-tabella:

 

Jikkonfermaw xogħol b’intervent tar-raġel ta’ Giovanna…ġieli kellem lill-pulizija

Xhieda kkonfermaw fil-Qorti kif b’intervent ta’ Tony Debono, ir-raġel tal-eks Ministru ta’ Għawdex Giovanna Debono, sarilhom xogħol fi proprjetà tagħhom mingħajr ma ħallsu għalih. L-ewwel żewġ xhieda dalgħodu kellhom kwistjoni b’ħitan fl-għelieqi.

F’każ minnhom fl-għalqa biswit tax-xhud u f’ieħor fil-proprjetà tiegħu. Huma rrakkontaw dwar dan fil-Qorti billi wieġbu d-domandi tal-prosekuzzjoni u dawk tad-difiża, li minbarra li kienet iebsa xi kultant dehret rasha sħuna wkoll. Tant li f’ħin minnhom l-avukat difensur ta’ Tony Debono, Joe Giglio, qal li kellu joħroġ mill-awla għax ma setax jifhem għax il-prosekuzzjoni għażlet li ttella’ x-xhud.

Aqra aktar

Il-Ministru Refalo jrid status speċjali għal Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo appella kemm lill-gvern kif ukoll lill-Oppożizzjoni biex jingħaqdu u jaraw kif Għawdex, li qed jagħti valur miżjud lil Malta, jingħata sens ta’ tmexxija u l-istatus speċjali li jixraqlu.

Meta kien qed jitkellem fid-dibattitu fit-tieni qari tal-Abbozz ta’ Liġi li jimpliment l-miżuri tal-budget, Il-Ministru Refalo qal li ma tista’ qatt ikollok awtonomija jew status speċjali jekk fil-qasam fiskali m’għandek ebda saħħa ta’ xejn. Anqas jista’ jkollok devoluzzjoni ta’poter fil-qasam leġislattiv, jekk ċerti liġijiet li jolqtu direttament lil Għawdex ma jittieħdux mill-Kunsill jew mir-reġjun ta’ Għawdex, anke jekk fl-aħħar mill-aħħar dawn il-liġijiet irid ikollhom it-timbru tal-parlament.

Aqra aktar

Send this to a friend