ġnus magħquda – One News

Notifiki

Malta determinata li żżomm fuq l-aġenda tal-Unjoni Ewropea l-kwistjoni tal-Paċi fil-Libja

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, waqt li kien qed jipparteċipa fil-programm temi fuq ONE Radio, ikkonferma l-impenn tal-Gvern Malti fuq livell Ewropew sabiex il-kwistjoni tal-paċi fil-Libja tibqa’ tingħata prijorità. Huwa semma kif dan Malta qed tagħmlu billi fittxet diġà bosta drabi li tpoġġi fuq l-aġenda tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea, l-kwistjoni tas-sitwazzjoni fil-Libja u dak kollu li timplika għall-poplu Libjan u għar-reġjun. Huwa qal li dan juri tal-inqas żewġ affarijiet: li Malta m’għandix il-lussu li tħares lejn in-naħa l-oħra fi kwistjonijiet li jirrigwardaw il-viċinat, u li dan juri kif Malta qed tkun proattiva sabiex l-Unjoni Ewropea tifhem u jkollha pożizzjoni komuni fuq l-għajnuna li għandha tingħata mill-komunità Ewropea lejn proċess ta’ paċi għall-sigurtà u prosperità fil-Libja. Aqra aktar

Malta qed tmexxi l-ewwel forum internazzjonali tal-Ambaxxaturi tal-Oċeani

Malta qed tlaqqa’ s-sitt Ambaxxaturi tal-Oċeani minn madwar id-dinja għall-ewwel forum internazzjonali dwar is-suġġett. Dan wara li sena ilu Malta ħatret lill-Professur Alan Deidun bħala l-Ambaxxatur tagħha għall-Oċeani. Dawn is-sitt pajjiżi, li huma wkoll parti mill-Commonwealth u Stati Membri tal-Unjoni Ewropea, qed jiddiskutu mezzi sostenibbli ta’ kif il-gvernijiet jistgħu jiġġieldu t-tniġġis tal-Oċeani fost l-oħrajn.Aqra aktar

Il-Ġnus Magħquda tintervjeni fil-Yemen

Ajruplan tan-Nazzjonijiet Magħquda issejjaħ biex jevakwa numru ta’ ribelli midruba fil-Yemen.

Dan f’dak li huwa sforz biex tinfetaħ it-triq il quddiem għal diskussjonijiet ta’ paċi. Dan skont il-koalizzjoni militari immexxija mill-Arabja Sawdija.Aqra aktar

Il-Kanadiżi jneħħu ċ-ċittadinanza onorarja lil Suu Kyi

Il-membri parlamentari Kanadiżi ivvotaw b’mod unanimu biex ineħħu ċ-ċittadinanza onorarja tal-mexxej ta’ Myanmar Aung San Suu Kyi.

Il-mozzjoni kienet ir-risposta għall-falliment tagħha li twaqqaf il-persekuzzjoni tal-minoranza Rohingya f’pajjiżha.

Suu Kyi rebħet il-Premju Nobel għall-Paċi fl-1991 għall-isforzi tagħha sabiex iġġib id-demokrazija f’Myanmar, magħruf ukoll bħala Burma, hekk kif il-pajjiż kien immexxi mill-militar.

Rapport tal-Ġnus Magħquda qal li mexxejja militari ta’ Myanmar għandhom ikunu investigati għal ġenoċidju kontra r-Rohingya.

Minn tal-inqas seba mitt elf Rohingya ħarbu l-vjolenza fil-pajjiż fl-aħħar tnax-il xahar.

“Id-djalogu u l-koperazzjoni jirbħu fuq il-firda” – JM

Fid-diskors tiegħu fl-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, il-Prim Ministru Joseph Muscat wassal messaġġ  b’saħħtu dwar l-għaqda globali:

“Advocating a global approach does not mean loving your country less than others. It means that working together makes it less likely that a ‘might is right’ doctrine will prevail”.

Il-Prim Ministru spjega kemm hija inkwetanti li hemm pajjiżi li mingħalihom li se jsolvu problemi globali b’soluzzjonijiet lokali.Aqra aktar

Send this to a friend