ġlieda – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Jinżammu arrestati wara ġlieda bis-sikkina

Sylvester u Reginald James, aħwa ta 33 u 29 sena rispettivament mill-Ħamrun inżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti akkuzati b’attentat ta’ ferita gravi ta’ Kyle Domenic Galea il-Ħadd li għadda fil-Belt Valletta. Huma kienu akkużati wkoll li kisru l-paċi pubblika. Aqra aktar

FILMAT: Jispiċċa l-isptar wara ġlieda bl-injam

Raġel iddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li ġlieda li kellu ma’ raġel ieħor f’Santa Venera.

Il-ġlieda nqalgħet għall-ħabta tas-6.15 p.m. fi Triq Ġuże Flores f’Santa Venera.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni, u ambulanza biex tieħu lir-raġel l-Isptar mill-iktar fis.

Filmat mibgħut lil one.com.mt juri liż-żewġt irġiel jħebbu għal xulxin biċċa għodda u injama.

Il-kundizzjoni tal-vittma għadha mhux magħrufa, għalkemm sorsi fuq il-post qalu li r-raġel ġarrab ġrieħi f’rasu.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.

 

 

 

Send this to a friend