Ġiet imnedija għall-konsultazzjoni pubblika l-istrateġija għall-Kottonera – Birgu, Bormla, Isla u Kalkara.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici, il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg, is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà Chris Agius, u l-Kordinatur Eżekuttiv tal-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera Glenn Bedingfield nedew il-konsultazzjoni pubblika dwar l-Istrateġija għar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera.
Aqra aktar

Glenn Bedingfield jaħdem fuq strateġija tal-Kottonera

Konxju mill-isfidi li l-poplu tal-Kottonera u l-madwar jaffaċċja, il-Gvern għandu intenzjoni li jniehdi strateġija biex tiġi żviluppata l-akkwata mill-aspett soċjali u ambjentali.

Investimenti u żviluppi ġodda fil-Kottonera iġibu opportunitajiet ġodda u l-Gvern jisħaq li dan huwa bżonn immedjat aktar minn qabel.

Il-membru parlamentari Glenn Bedingfield se jmexxi t-tim ta’ strateġija. Din l-istrateġija hija mmirata għal effetti immedjati u oħrajn li jinħassu matul iż-żmien.

Bedingfield se jkun ukoll qed jikkordina laqgħat mal-Cottonera Rehabilitation Committee biex issir konsultazzjoni dwar progetti ta’ restawr li se jitwettqu mill-istess kumitat.

Bil-filmat: Glenn Bedingfield elett fuq it-tieni distrett

Minn fuq it-tieni distrett ġie elett il-kandidat Glenn Bedingfield bħala deputat fil-Parlament f’isem il-Partit Laburista.

Bedingfield ġie elett fuq id-distrett li ċediet Helena Dalli fejn kienu biċ-ċans li jiġu eletti Glenn Bedingfield, Stefan Buontempo u Mark Causon.

L-għadd tal-voti tal-elezzjonijiet każwali beda dalgħodu sabiex jimtlew is-seba siġġijiet vakanti ta’ deputati tal-Partit Laburista.

 

Send this to a friend