Attività politika tal-Partit Nazzjonalista f’Għawdex inbidlet f’tislima lill-eks Ministru Giovanna Debono. Ir-raġel tagħha qed ikun akkużat fil-Qorti ta’ Għawdex li meta hi kienet Ministru kien iħaddem skema ta’ ‘work for votes’, fejn huwa allegat kienu jagħmlu xogħol fil-privat bi pjaċir imħallas minn fondi pubbliċi. Dan għall-kostitwenti ta’ Giovanna Debono li fin-Nadur Chris Said qal selmilha. “Insellem lil Giovanna Debono li qiegħda fostna,” qal Chris Said.
