gideb – One News

Notifiki

Delia jgħid li Jason Azzopardi weġġa’ n-nies u parla fil-vojt

Fuq il-midja soċjali, il-preżentatur Peppi Azzopardi intervista lill-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia li esprima l-weġgħat ta’ dawk in-Nazzjonalisti li appoġġjaw lilu u issa ħassewhom traduti min-nies tal-istess partit.Aqra aktar

Ikompli l-gideb ta’ NET NEWS

Għat-tieni darba fi ftit sigħat il-midja Nazzjonalista nqabdet tigdeb meta allegat li fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista nbidlu xi kodiċi tas-sigurtà għall-aċċess f’wieħed mis-sulari. Aqra aktar

Il-PN tilef għax ma baqax kredibbli u issa sejjer mill-ħażin għall-agħar

Il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni tal-2013 għax ippreżenta pjan b’saħħtu għat-tmexxija tal-pajjiż u kien għalhekk ukoll li kien ikkonfermat fl-2017 b’maġġoranza storika. Din hi xi ħaġa li għadha ma tistax tinżel lill-esponenti tal-Partit Nazzjonalista li sal-lum għadhom qed jipprovaw jirkbu fuq il-gideb bil-għan li jipprovaw isibu xi skuża għaliex il-poplu warrabhom mit-tmexxija tal-pajjiż b’saħħa liema bħalha. Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija.

Aqra aktar

Żewġha “serqilha ħajjitha” wara li gideb li kellu l-kanċer

Ingliża li għal snin twal emmnet li żewġha kellu l-marda tal-kanċer, qalet li l-gidba ta’ żewġha ‘serqitilha ħajjitha’. F’intervista lill-midja Ingliża, Lucy Witchard minn Leicester, l-Ingilterra, spjegat kif żewġha, David Carroll ta’ 35 sena, qal li kellu l-marda tal-leukaemia meta ltaqgħu fl-2006.

Huma żżewġu fl-2011, iżda sseparaw malli ħareġ fil-beraħ li żewġha gidbilha. Aqra aktar

JINQABAD JIGDEB

Simon Busutti għadu kemm inqabad bi kliemu stess jigdeb dwar il-proċeduri li għaddejjin fl-inkjesti quddiem il-maġistrat Aaron Bugeja u Natasha Galea Sciberras.

Ilbieraħ qal li l-Prim Ministru jew Keith Schembri ppreżentaw xi kwerela kontra minn għadda l-informazzjoni.

Imma ftit tal-ħin ilu qal li l-kwerela ma rahiex.

Il-Partit Laburista sostna li huwa fl-interess pubbliku li l-gideb perikoluż għall-aħħar ta’ Simon Busuttil issa jinkixef.

Felix Busuttil joħroġ il-kuntratt li juri l-gideb fuqu

Wara li l-Partit Nazzjonalista jew kif qed isejjaħ lilu nnifsu, l-Forza Nazzjonali, fetaħ attakk fuq l-artist Felix Busuttil, dalgħodu fuq One News Breakfast Felix preżenta l-kuntratt tax-xogħol tiegħu li juri li l-Partit Nazzjonalista gideb fuqu.

L-attakk beda wara li ż-żeffien u għalliem taż-żfin, Felix Busuttil tkellem waqt il-Mass Meeting tal-Partit Laburista fin-Naxxar. Il-Partit Nazzjonalista ffabbrika “gidba” u qal li Felix tkellem waqt il-mass meeting għax jirċievi paga ta’ aktar minn €50,000 għax jaħdem fil-Kunsill Malti għall-Arti u jifforma parti mill-bord taċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi.

B’reazzjoni għal dan l-attakk, Felix Busuttil stqarr li weġġa’ li dan il-Partit mhux biss ifabbrika gidba dwaru iżda saħansitra ħeġġeġ lin-nies ixxerdu dan l-attakk.

Iżda Felix ġab fix-xejn il-gideb tal-Partit Nazzjonalista u waqt One News Breakfast spjega bil-provi kif l-attakk tal-PN kien ibbażat fuq gidba.

Bil-provi ċaħad għal kollox l-allegazzjoni li rċieva dik il-paga kollha, kif tista’ tara f’din is-silta.

Aqra aktar

Jitkellem Brian Tonna…jesponi gidba wara gidba

Brian Tonna, managing partner f’Nexia BT, iddikjara li Egrant qatt ma kellha kont bankarju, la f’Dubai u la mkien. Egrant kienet shelf company li qabel ma ġiet xolta kienet ta’ Tonna. L-istess Tonna qal li Egrant qatt ma rċiviet ħlas minn Al Sahra FZCO, Nexia BT qatt ma kienet imqabbda minn Egrant u qatt ma kkuntattjat lil Pilatus Bank.

Dan huwa dak li qal Tonna permezz ta’ stqarrija.

Aqra aktar

Send this to a friend