gidba – One News

Gomes imgiddba minn kollega

L-MEP Portugiża Ana Gomes kienet mwissija biex tkun fattwali għax inkella ttellef il-kredibbiltà tal-Parlament Ewropew.

Dan f’laqgħa ta’ Kumitat Parlamentari aktar kmieni llum, li matulu reġgħet fetħitilha kontra Malta, bl-MEP Nazzjonalista Roberta Metsola tindika li taqbel magħha.    Aqra aktar

Delia ma jikkundannax il-gidba ta’ Azzopardi

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, ma kundannax il-gidba ta’ Jason Azzopardi dwar ulied il-Prim Ministru, Joseph Muscat. Iktar kmieni llum Azzopardi kien għaddej b’dagħdiha ta’ posts u gideb fuq il-Prim Ministru fosthom li uliedu se jintbagħtu fi skola barra minn Malta li tiswa ħafna flus.

Aqra aktar

L-imħuħ wara Egrant għandhom jgħibu mix-xena politika – Balzan

“Min għamel żbalji ħoxnin bħal dawn, għandu jkollu d-diċenza u l-umilta’ li jaċċetta li għamel żball u jisparixxi mix-xena politika.”  Hekk saħaq ma’ ONE NEWS l-editur tal-Malta Today Saviour Balzan:

Meta tagħmel żball oħxon ta’ dan it-tip fejn ma ddaħħalx biss il-familja Muscat imma ddaħħal xena ta’ mibgħeda – nies jgħiru lil xulxin naħseb li għandhom ikollhom l-umilta’ u josfru lil hemm għallinqas mix-xena politika.

Mistoqsi dwar l-inkjesta Maġisterjali fejn mill-eżamijiet li saru mill-Esperti Forensiċi Barranin irriżulta li d-Declarations of Trust kienu ffalsifikati, is-Sur Balzan qal li l-imħuħ wara l-istorja Egrant ħadmu b’mod malizzjuż:

Aqra aktar

Qal gidba ħoxna u weħel il-ħabs

Sbatax-il xahar ħabs għal raġel li qal li kien mhedded b’pistola ma’ rasu u msakkar f’mobile toilet għal diversi sigħat minn raġel li kien qed jitlob li jitħallas lura. Dan għax il-Qorti sabet li l-istorja kienet gidba.
Il-każ infetaħ mill-pulizija kontra Olaf Cini. Huwa kien akkużat li f’Mejju tal-2008, għamel rapport falz kontra Publius Said, li kien instab innoċenti. Il-każ nibet minn self ta’ 800 lira Maltija li Cini kien ħa mingħand Ina Abrekova, li fl-2005 kienet is-sieħba ta’ Said.

Il-Partit Nazzjonalista b’gidba oħra

Il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jiprova jdawwar il-fatti din id-darba dwar il-faqar. Jidher li l-Kap tal-Oppożizzjoni huwa kontra wkoll it-tnaqqis fin-numru ta’ nies li ħarġu mill-faqar u l-esklużjoni soċjali. Dan wara li ddeċieda li jmur kontra l-istatistika ppublikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, li kienet ibbazata fuq id-dhul li kellhom il-familji Maltin u Ghawdxin fl-2014 u jgħid li l-faqar żied.
Aqra aktar

Send this to a friend