Notifiki

Fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ 4 sulari għoli f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Qawra

Libjan ta’ 35 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ 4 sulari minn sit ta’ kostruzzjoni fil-Qawra.

Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 12:10 fi Triq Andrew Cunningham fil-Qawra.

Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza biex tieħu lill-vittma l-Isptar Mater Dei minnufih. Iktar tard ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud, li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti biex jgħinuh.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Inċident fl-Imtarfa – missier jaqa’ għoli

Misser waqa minn gallarija tar-residenza tiegħu fi Triq San David fl-Imtarfa għal ġo terrazzin.

Huwa kien fil-gallarija meta ssakkar, mar jaqbeż għal isfel iżda spiċċa b’sieq miksura.

Ambulanza u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post, u r-raġel ta’ 38 sena ttieħed l-isptar Mater Dei.

Aqra aktar

“Jekk nerġa’ niġi, ninvesti f’Thermos!”

Turist Malti ppublika dan ir-ritratt wara li żar Venezia.

Ta’ żewġ kafè u ‘hot chocolate’, il-kont tela’ kważi tletin ewro. Huwa ċar li xejn ma ħa pjaċir bil-kont, tant li kkummenta ‘jekk nerġa’ niġi, ninvesti f’Thermos”.

Tabilħaqq li l-prezz ta’ kemm wieħed iżomm għal servizz jiddependi minn kemm is-servizz ikun tajjeb. Hemm min jargumentalek li ma tħallasx biss għall-prodott, ċioe ix-xorb f’dan il-każ, imma għas-servizz, għall-veduti, għall-esperjenza.

Minn naħa l-oħra, hemm ukoll min jgħid li l-prezzijiet dejjem qed jiżdiedu għal affarijiet li qabel ma kinux jiswew aktar minn kemm għandek swaba’.

Kieku inti tħallas tletin ewro għal tliet kikkri?

 

 

 

 

“Bis-serjetà? Sixth floor this morning! U mhux hekk??!!”

Hekk kitbet mara fuq Facebook, filwaqt li poġġiet ritratt ta’ bniedem jidher qed jagħmel xogħolijiet f’Tas-Sliema.

Xahar ilu l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) ħarġet stqarrija dwar ritratti li jitpoġġew fuq il-media jew il-media soċjali dwar ħaddiema li jkunu qed jaħdmu b’mod perikoluż. Qalet li għalkemm hemm min qed jinforma lill-OHSA qabel imur għand il-media, għad hemm nies li għalihom huwa aktar importanti li joħolqu sensazzjoni milli jevitaw traġedji. Dan qed iwassal sabiex ħaddiema qed jibqgħu jitħallew jaħdmu fil-periklu bla bżonn.

Aqra aktar

Send this to a friend