għid il-kbir – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Il-Begigga ssir b’differenza fil-Birgu

Hekk kif daqqu d-disgħa ta’ filgħaxija, illejla fil-Birgu saret il-begigga, tradizzjoni antika fil-belt rebbieħa.

F’Sibt il-Għid, ftit wara li fil-Knisja tiġi intunata l-‘Hallelujah’, is-sinjal li Kristu qam mill-imwiet, b’mod spontanju, il-Ġirbin joħorġu jdoqqu fil-pjazzez u jagħmlu kull storbju.

Din is-sena, minħabba l-pandemija, il-begigga saret xorta iżda b’differenza.

Persuna waħda ħarġet f’misraħ ir-rebħa tgħajjat u ddoqq u n-nies ħarġu fil-gallariji jdoqqu u xegħlu d-dwal.

Ma naqsux id-daqqijiet tal-ħornijiet u anki min ta fuq il-borom biex iżomm din it-tradizzjoni ħajja anki f’dawn iċ-ċirkostanzi waqt l-imxija tal-Coronavirus.

Il-begigga nibtet wara li raġel  b’dan il-laqam, insterqitlu l-mogħża lejliet l-Għid, u t-tfal tal-Birgu kienu ħarġu jkantaw u jdoqqu t-tanbur wara l-quddies ta’ Sibt il-Għid.

Għawdex imżejjen anke għall-Għid il-Kbir

Jekk tlajtu Għawdex f’dawn il-jiem żgur li nnutajtu numru ta’ roundabouts imzejnin għall-Għid il-kbir b’simboli marbuta ma’ dawn iż-żminijiet.

Attrazzjoni bi ħsieb ta’ riflessjoni kif ukoll awgurju għall-akbar festa kattolika, li verament jiġbdu l-attenzjoni u fl-aħħar mill-aħħar ifakkru wkoll karatteristika Għawdxija; dik reliġjuża u tradizzjonali.

Dan ix-xogħol sar fuq inizjattiva tal-Ministeru għal Għawdex.

Il-figolli tixtrihom jew tagħmilhom?

F’Ħadd il-Għid, ONE NEWS mar iż-Żejtun. Mat-tokki tal-10.00 it-tfal bdew jinġabru fuq iz-zuntier b’xi figolla jew bajda tal-Għid f’idejhom lesti għat-tberik tradizzjonali li jsir il-Ħadd filgħodu. Stajna ninnotaw li f’idejn it-tfal kien hemm aktar bajd tal-Għid minn figolli apparti li l-maġġoranza tat-tfal kellhom figolli li xtraw minn ħanut u mhux figolli li jkunu magħmula d-dar.

Aqra aktar

Send this to a friend