Notifiki

Għandha 100 sena imma rnexxielha tiċċelebra għeluq sninha fil-ġurnata propja 25 darba biss

Doris Cleife llum għalqet 100 sena iżda matul ħajjitha rnexxielha tiċċelebra ħajjitha fil-ġurnata propja għal 25 darba. Dan minħabba li hi twieldet fil-leap year.

Cleife li hija buż buż nanna stqarret li xtaqet isir famuża matul ħajjitha kollha, iżda rnexxielha tagħmel dan issa li għalqet iċ-ċentinarju.

Hija qalet li saret tieħu l-ħajja kif tiġi. Cliefe sostniet li qatt ma kienet timmaġina li se tilħaq din l-età għaliex tilfet lil ommha fl-età ta’ 47 sena.

Cleife qalet li tħares ‘il quddiem għaż-żmien li ġej sabiex tkompli tgawdi l-ħajja mal-familja u l-ħbieb tagħha.

Send this to a friend