Għawdex – Page 62 – One News

Notifiki

Il-Pedamenti ta’ dar mistennija

Bdew jinbnew il-pedamenti ta’ dar li f’Għawdex hija mistennija ferm. Dik f’Għajnsielem hi l-ewwel dar tal-anzjani bis-sehem tal-Gvern li se ssir f’Għawdex u qed tinbena f’lok li se jkollu veduti mill-isbaħ.

Fl-aħħar jiem ix-xogħol tal-bini qabad ritmu tajjeb ferm bil-pedamenti jinsabu fi stat avvanzat biex sa wara s-sajf ix-xogħol ikun ingħata spinta liema bħalha. Biex imbagħad ftit ftit il-post jibda jieħu sura lussuża fejn se jkun hemm 70 kamra mgħammra bl-aqwa faċilitajiet.

Aqra aktar

Għawdxin bilgħaqal jew nuqqas ta’ infurzar?

F’sentejn u nofs ma’ kien hemm ebda sid ta’ stabbiliment f’Għawdex li tressaq il-qorti għaliex serva xorb alkoħoliku lill-persuni taħt l-età.

Dan it-tagħrif irriżulta minn tweġiba parlamentari li ta l-Ministru tal-Intern Carmelo Abela. “Ninsab infurmat li mis-sena 2014 sal-lum, ma kien hemm ebda każ fejn xi sid ta’ xi stabiliment inqabad isservi jew ibiegħ alkoħol lill-persuni taħt l-età mill-Pulizija ġewwa Għawdex u għaldaqstant ma kienx hemm każijiet li spiċċaw il-Qorti,” qal Abela.

Aqra aktar

Togħma Għawdxija fl-Islovakkja!

Din il-kafetterija taħsibha tinsab f’xi trejqa fil-gżira Għawdxija. Infatti hekk irrimarka resident Slovakk mal-ġurnalist ta’ ONE News Daniel Attard meta bagħatlu dan ir-ritratt:

“I thought I was in Slovakia, but maybe I took the wrong plane?”

Aqra aktar

Sindki u Viċi Sindki jgħidu tagħhom f’Għawdex

Bħalissa f’Ghawdex għaddeja l-laqgha tas-Sindki u l-Vici Sindki, fejn ir-rappreżentanti tas-68 komunità madwar Malta u Għawdex qed iressqu s-suġġerimenti u l-ilmenti tagħhom.

Fost it-temi diskussa bejn illum u l-bieraħ kien hemm l-iskema tal-ħaddiema fil-komunità tal-ETC, it-Trasport Pubbliku, u r-riforma fil-MEPA. Ilkoll temi kruċjali għall-Kunsilli Lokali hekk kif jolqtu l-operat tagħhom fil-laħam il-ħaj.

Aqra aktar

Trasferiti lejn Għawdex u kuntenti

F’inqas minn tliet snin kien hemm 214–il ħaddiem Għawdxi li skont ix-xewqa tagħhom kienu trasferiti lejn Għawdex biex jaħdmu fl-istess gżira li jgħixu fiha.

Ikkonferma dan il-Prim Ministru f’tagħrif li ta fil-Parlament. Il-Prim Ministru Muscat qal lil Chris Said li dawn kienu 97 fl-2013, 85 fl-2015, 24 fl-2015 u 8 fl-ewwel erba’ xhur tal-2016.

Aqra aktar

Investiment ta’ €5,000,000 mill-Magro Brothers

Investiment ta’ €5,000,000 mill-Kumpanija Magro Brothers Group tħabbar waqt żjara li l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo għamel lil din il-kumpanija.  Din is-sena Magro Brothers ser ikunu qed jiċċelebraw il-mitt sena mit-twaqqif tagħhom.

Anniversarju li jirrappreżenta pass importanti għall-ekonomija Għawdxija, għall-agrikoltura nazzjonali u setturi kummerċjali. Il-kumpanija għadha impriża ewlenija fl-industrija tal-agrikoltura Maltija u fil-promozzjoni ta’ prodotti lokali fis-swieq barranin.

Aqra aktar

Send this to a friend