Għawdex – Page 60 – One News

Notifiki

Iċ-Ċittadella f’pożizzjoni aħjar biex issir wirt storiku dinji tal-UNESCO

Issa li ċ-Ċittadella ngħatat id-dehra li jistħoqqilha, ta’ ġojjel storiku li hi , dak kollu li kien skopert fil-fażijiet differenti ta’ xogħol ta’ restawr se jkun inkluż fl-applikazzjoni biex iċ-Ċittadella tiġi rikonoxxuta bħala sit tal-Wirt Dinji Storiku tal-UNESCO.

Iċ-Ċittadella ilha mill-1988 aċċettata fuq il-lista tentattiva tal-Wirt Dinji tal-UNESCO u fl-aħħar snin saru sforzi biex din tgħaddi għall-istadju li jmiss. Iżda dan jirrikjedi finanzjament, riċerka, studju u riżorsi umani.

Aqra aktar

Ċittadella isbaħ u aktar vibranti

Eluf ta’ snin ta’ storja sa minn żmien il-bronż, għal żmien ir-Rumani, għal żmien il-Kavallieri. Din hija ċ-Ċittadella, rinovata permezz ta’ fondi Ewropej.

Ilbieraħ infetħet mill-ġdid iċ-Ċittadella, il-belt storika fil-gżira tat-tlett għoljiet.

Taħt xemx tisreġ u żiffa ħafifa, il-ġebel safrani tal-fortifikazzjonijiet deher ileqq u saħħar lil dawk kollha preżenti.

Aqra aktar

€8,000,000 fuq 17-il kilometru ta’ toroq f’Għawdex

Fi tliet snin biss kienu investiti madwar €8,000,000 fuq 17-il kilometru ta’ toroq li ħafna minnhom jieħdu lil dak li jkun fil-qalba tal-irħula u l-komunitajiet.

Mark Formosa, Direttur tad-Dipartiment tat-Toroq f’Għawdex, kien ikkwotat jgħid mill-gazzetta KullĦadd li l-bżonn ta’ titjib kien ilu jinħass. “Mhux għax qabel ma sar xejn, imma ma tistax tgħid li ma kienx hawn toroq li kienu ilhom bżonjużi għal bosta snin,” qal Formosa.Aqra aktar

Tlett cruiseliners oħra f’Għawdex f’jumejn

Dan li jidher fl-istampa huwa s-Seabourn Sojourn, li se jasal Għawdex illum. F’dan tmiem il-ġimgħa se naraw il-wasla ta’ tliet cruiseliners, wieħed illum u tnejn għada, Silver Spirit u Wind Surf.

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo stqarr dan waqt zjara fil-porta tal-Imġarr. Qal li l-2016 hija sena tajba ħafna għall-industrija tal-cruiseliners f’Għawdex u dan ifisser aktar xogħol għan-negozji, kif diġà tixhed iż-żieda fl-impjiegi f’diversi setturi fosthom il-lukandi u r-ristoranti.

Aqra aktar

L-ewwel dar tal-anzjani tal-Gvern f’Għawdex

Beda ix-xogħol fuq l-ewwel dar tal-anzjani tal-Gvern li se jkollha Għawdex.

F’Għajnsielem infatti qed issir ħidma f’dar mifruxa fuq erba’ sulari li se tkun attrezzata b’dak kollu meħtieġ mill-anzjani. Fi żjara fuq il-post stajna innotajna li diġa’ beda x-xogħol fuq il-parti fejn se jkun hemm il-parkeġġ u r-ristorant.

Aqra aktar

Bugħaddasa f’diffikultà f’Għawdex

Bugħaddasa Ġermaniża ddaħlet l-isptar wara li sabet ruħha f’diffikultajiet fil-bajja t’Għajnsielem f’Għawdex.

Dan ġara dalgħodu meta kienet ma’ grupp ta’ bugħaddasa fix-Xatt l-Aħmar. Wara li bdiet tesperjenza diffikultà, bugħaddasa oħra għenuha lura għal fuq il-blat u sejħu l-għajnuna.

Aqra aktar

Send this to a friend