Għawdex – Page 59 – One News

Notifiki

GĦAWDEX: ħabta head-on, erbgħa l-isptar

Erba’ persuni ddaħlu l-isptar ġenerali t’Għawdex wara ħabta head-on bejn żewġ karozzi fin-Nadur Għawdex.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta, fit-triq li twassal għar-Rabat. Xufier ta’ karozza VW Polo, li kien fil-karozza waħdu, ħabat f’karozza tat-tip Hyundai I 10, li fiha kien hemm ix-xufier u żewġ passiġġiera. Dawn kollha ttieħdu l-isptar għall-kura.

Il-Pulizija qed tinvestiga

Qasmu l-fliegu aktar minn qatt qabel

Skont l-istatistika tal-kumpanija Gozo Channel, waqt il-ġimgħa ta’ Santa Marija, l-ammont ta’ passiġġieri li qasmu minn Malta għal Għawdex żdied b’9% fuq l-istess żmien ta’ sena ilu. L-ammont ta’ vetturi li qasmu żdied bi 11%.

Dan bejn it-Tlieta, 9 t’Awwissu u t-Tnejn, 15 t’Awwissu. Total ta’ 68,582 persuna telqu miċ-Ċirkewwa lejn l-Imġarr f’din il-ġimgħa u 18, 534 vettura f’242 vjaġġ.  L-aktar jum li fih qasmu nies kien is-Sibt 13 t’Awwissu.

Ta’ Harvard issieħbu għal tliet raġunijiet

Sa ftit tas-snin ilu, qajla konna noħolmu li istituzzjonijiet rinomati b’ mod internazzjonali kienu se jaħsbu f’ pajjiżna, jew wisq anqas jistabbilixxu ruħhom f’ Malta. Iżda illum, l-investiment barrani ta’ istituzzjonijiet bħal dawn saru l-ordni tal-ġurnata. Ezempju ta’ dan huma Partners Health Care, li jiffurmaw parti minn Harvard. One News tkellem mal-kap eżekuttiv tagħhom dwar ir-raġunijiet, għaliex intagħżlet Malta għal waħda mill-aħħar inizjattivi internazzjonali. Aqra aktar

Ta’ Barts japplikaw biex jibnu

Fl-aħbar ewlenija fil-gazzetti tal-Ħadd, il-gazzetta KullĦadd żvelat kif fost l-applikazzjonijiet ta’ żvilupp li daħlu fl-aħħar jiem għand l-Awtorità tal-Ippjanar kien hemm dik li se tara l-ftuħ tal-iskola medika f’Għawdex u l-bini ta’ faċilitajiet ġodda bħala parti mill-proġett ta’ Barts.

Wara xhur ta’ ppjanar, testijiet fuq l-art u diskussjonijiet mal- istess Awtorità, l-investituri kienu f’pożizzjoni li jissottomettu l-pjan tagħhom għall-approvazzjoni tal- Awtorità tal-Ippjanar, li min- naħa tagħha issa tkun qed tevalwaha.

Aqra aktar

“Għawdex qed ifur bit-turisti”

“Ilħaqna l-quċċata! Għawdex bħalissa qed ifur bit-turisti Maltin u barranin!”

Kliem il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Għawdxija għat-Turiżmu, Joe Muscat, li f’kummenti ma’ ONE News fisser l-andament pożittiv li jġibu magħhom il-jiem sajfin ta’ Santa Marija.

Aqra aktar

Eġizzjan perikoluż deportat minn Għawdex

• Mill-pulizija jgħidu li aġixxew biex tkun evitata traġedja

Operazzjoni tal-pulizija ta’ Għawdex u d-Dipartiment tal-Immigrazzjoni waslet biex Eġizzjan ta’ 25 sena kien deportat lejn il-Kajr, l-Eġittu.

Fil-jiem li għaddew il-pulizija waslitilhom informazzjoni li Hussein Hamada kien qiegħed jaġixxi b’mod perikoluż ħafna f’diversi inħawi f’Għawdex fosthom f’Għajnsielem u Marsalforn. Intlemaħ isuq b’mod perikoluż ħafna, jum ieħor twaqqaf u kellu livell għoli ta’ alkoħol, weġġa’ tfajla u anke qala’ l-inkwiet f’wieħed mill-każini ta’ Għajnsielem.

Hamada ma kellu l-ebda konnessjoni ma’ Malta ħlief li kien ġie Malta għaliex missieru kien jaħdem f’pajjiżna. Missieru ma kienx ghadu jghix f’Malta u fil-fatt kellu permess ta’ residenza li ma ġġedidlux iktar.

Il-pulizija konxji tal-periklu li Hamada kien qieghed joħloq fis-soċjetà ħadet azzjoni immedjata u saru l-proċeduri biex jitkeċċa minn Malta.

Il-pulizija kienu qegħdin jinfurmaw lill-Maġistrat Joe Mifsud bl-iżviluppi fejn anke awtorizza biex passaport li kien ippreżentat fil-Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali jkun rilaxxat.

Minn informazzjoni li għandna Hussein Hamada kien deportat lejn il-Kajr ilbieraħ filgħaxija. L-istħarrig tal-pulizija tmexxa mill-Ispetturi Bernard Spiteri u Frankie Sammut.

Nirien f’Għawdex – żewġ membri tal-Protezzjoni Ċivili l-isptar

Illum wara nofsinhar għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin għaxra, beda nar f’residenza li mhux okkupata ġewwa Triq Santa Marija, ix-Xewkija.

Waqt l-intervent mil-Protezzjoni Ċivili, tnejn mill-ħaddiema, wieħed ta’ 49 sena residenti l-Fontana u ieħor ta’ 43 sena residenti f’San Lawrenz weġġgħu waqt li kienu qed jitfu n-nar minn fuq r-residenza.

Fuq il-post issejjaħ team mediku li assista lill-vittmi fejn ittieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa. Iktar tard ir-raġel ta’ 49 sena ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi filwaqt li l-vittma l-oħra sofra ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.

Aqra aktar

Leħen l-Għawdxin fil-baġit għas-sena d-dieħla

  • Id-diskrepanza bejn il-ħiliet tal-ħaddiema u l-ħtiġijiet fis-suq tax-xogħol
  • L-irwol tal-Gvern f’Għawdex
  • L-irwol ta’ programmi edukattivi
  • L-irwol tas-settur privat
  • Il-permanenza tax-xogħolijiet f’Għawdex

Dawn kollha kienu punti li l-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija iddiskutiet flimkien mal-Prim Ministru Joseph Muscat, f’laqgħa li kellhom f’Kastilja, liema punti qablu li jiddiskutuhom fil-baġit għall-2017.

Il-Prim Ministru qal li f’Għawdex hemm bżonn ekonomija sostenibbli bħal dik li ġejja minn Barts, u sptar ġdid – proġetti li se jingħataw bidu fix-xhur li ġejjin.  Permezz tal-istudenti li jiġu għall-iskola medika, ix-xhur kwieti tax-xitwa jimtlew, u l-infrastruttura tal-pajjiż titjieb biex takkomoda dan kollu.

Għawdex ikun jista’ jidħol fi swieq ġodda, sostenibbi u indipendenti.  Il-Prim Ministru innota li bi proġetti kbar bħal taċ-Ċittadella , Għawdex jista’ jsir hub tax-xogħol.

Ritratt: Clifton Fenech, DOI

Send this to a friend