Għawdex – Page 58 – One News

Notifiki

Summer on the Move f’ Għawdex ukoll

Illum kienet l-aħħar darba li t-tfal Għawdxin, li pparteċipaw fil-programm ‘Summer on the Move’ attendew is-sessjoni ta’ taħriġ tagħhom. One News żar lit-tfal fl-aħħar jum, fejn saqsejnihom x’dehrilhom minn din l-esperjenza.

Aqra aktar

Statistika mhux rappreżentattiva

Għad-differenza ta’ Malta, l-akkomodazzjoni turistika ta’ Għawdex mhijiex ibbażata biss fuq il-lukandi. Dan huwa fattur importanti li wieħed għandu jżomm f’ moħħu meta jqis l-istatistiċi tal-NSO dwar it-turiżmu f’ Għawdex.

Tant li, l-Gozo Tourism Authority ħasset il-ħtieġa li timmarka din id-differenza kruċjali.
Aqra aktar

IL-VITORJA FIL-GŻIRA GĦAWDXIJA

Għall-ewwel darba, l-attivitajiet ċeremonjali ta’ Jum il-Vittorja saru fil-Gżira Għawdxija.

Xi ħaġa li ntlaqgħet tajjeb mill-poplu tax-Xagħra li attenda bi ħġaru għal dawn l-attivitajiet li bdew fi pjazza ġdida inawgurata riċentaent.Aqra aktar

L-ibħra Għawdxin f’reklam Żvediż

L-ibħra Maltin huma fost l-isbaħ u dan wassal biex reklam Żvediż kien miġbud fl-ibħra impekkabbli li jdawru l-Gżira Għawdxija. Il-produtturi ta’ din il-kumpanija li tipprovdi l-internet fissru dawn l-ibħra bħala ġojjell.

Aqra aktar

‘Talenti’ u ‘4 Kids’ suċċess!

Matul ix-xhur tas-sajf, tfal fil-gzira Għawdxija ngħataw l-opportunità li jitħarrġu b’mod aktar divertenti f’zewġ programmi differenti.

Dawn il-programmi għenu lit-tfal jaħdmu aktar flimkien, kif tistgħu issegwu hawn.

Aqra aktar

Kampanja biex tiġi protetta t-tieqa tad-Dwejra

Wara l-appell li għamlet Transport Malta biex dawk li sejrin lejn id-Dwejra bid-dgħajsa jew xi opra tal-baħar jieħdu ħsieb u joqgħodu ‘l bogħod mit-tieqa hekk kif rapporti riċenti qed jbassru li l-istruttura naturali mill-isbaħ jista’ jkun qiegħda fil-periklu li tikkrolla, l-Awtoritá tat-Turiżmu ħarġet stqarrija dwar kampanja li se tkun qed tagħmel f’dan ir-rigward.

Aqra aktar

Qassis miżżewweġ u nannu jmut fix-Xagħra

Kien qassis uniku. Żgur għal pajjiżna. Għaliex kien miżżewweġ u anke nannu. Dun Ġiljan Refalo magħruf ħafna fil-paroċċa tax-Xagħra miet illum fl-età ta’ 92 sena u kif jgħid l-Arċipriet, il-Kanonku Dun Carmelo Refalo, it-telfa’ tiegħu se tkun waħda li tinħass. “Dun Ġiljan miet meta għalaq 25 sena iqaddes. Wara li kienet mietet il-mara tiegħu li ħa ħsiebha kemm seta’ għax kienet bid-dimensja, kien mar ħdejn l-Isqof Nikol Cauchi u talbu jibagħtu x’imkien fil-missjoni,” irrakkonta Dun Carmelo.

Iżda it-tweġiba tal-Isqof kienet biex imur ikellmu darb’ oħra u meta għamel hekk pproponielu li jsir saċerdot. “Ġiljan laqa’ din il-proposta u għamel tliet snin jistudja Ruma fejn ġab l-aħjar riżultati. U hemm ħejja għall-ordinanzzjoni saċerdotali,” qal Dun Carmelo li fisser kif Dun Ġiljan kien bniedem ta’ ċertu intelliġenza.

Aqra aktar

Jekk tmut f’inċident waqt Santa Marija, tkun mitt inqas minn jum normali?

Jekk bniedem imut f’inċident tat-traffiku waqt festa, inkun miet inqas minn ħaddieħor li ma mietx f’jum normali?
U jekk regola tat-traffiku tinkiser, tkun inkisret inqas għax festa?
Il-Bicycling Advocacy Group staqsa dawn il-mistoqsijiet, filwaqt li qal li jemmen li l-unika soluzzjoni għall-influss qawwi ta’ turisti lejn Għawdex fi żmien Santa Marija huwa li tinkera għalqa ‘l barra mir-Rabat u jkun hemm servizz ta’ traspost minn u lejn il-kapitali permezz ta’ trasport komuni.
Dan qaluh b’reazzjoni għad-dikjarazzjonijiet tal-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu u l-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija. Dawn esprimew diżappunt għan-numru ta’ ċitazzjonijiet li ngħataw, b’mod partikolari fir-Rabat.

Send this to a friend