Għawdex – Page 57 – One News

Notifiki

Idawwru petizzjoni kontra żvilupp fiż-Żebbuġ Għawdex

Membri tal-għaqda Flimkien għall-Ambjent Aħjar qiegħdin isemmgħu leħinhom għaliex qiegħdin jgħidu li l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet applikazzjoni biex żewġ binjiet qrib il-Knisja taż-Żebbuġ Għawdex jitwaqqgħu u jinbidlu f’lukanda.

L-għaqda ssostni li dawn iż-żewġ binjiet huma klassifikati f’kategorija B+, minħabba l-kontribut tagħhom lejn il-karattru taz-zona urbana. Qiegħdin istostnu li dawn il-binjiet, f’zona ta’ konservazzjoni urbana, għandhom ikun protetti, u għalhekk niedew petizzjoni online.

Din il-petizzjoni għandhom l-intenzjoni jibgħatuha lill-Awtorità tal-Ippjanar u s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, li hija l-awtorità legali li tirregola tal-wirt storiku u kulturali ta’ Malta.

 

Il-mina bejn iż-żewġ gżejjer: botta u risposta

B’risposta għall-istqarrija tal-Front Ħarsien ODŻ iktar kmieni llum, Transport Malta ikkjarifikat dan t-tender pubbliku huwa pass importanti ieħor biex ikollna l-informazzjoni neċessarja biex isir id-disinn konċettwali tal-mina bejn Malta u Għawdex.  Huwa pass li jrid jittieħed biex il-proġett jista’ jkompli.
Il-Front qal li l-offerta għall-istudju ġeoloġiku li inħareġ minn Transport Malta tqajjem mistoqsijiet importanti. Qal li jittama li l-istudju huwa verament intiż għall-evalwazzjoni xjentifika ta’ rotta sikura.

Aqra aktar

Jinjoraw avviżi biex ma jimxux fuq it-tieqa tad-Dwejra

Minkejja l-avviżi, it-tieqa tad-Dwejra kellha numru ta’ viżitaturi mhux mixtieqa llum wara nofsinhar.

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) b’kollaborazzjoni mal-Kumitat tad-Dwejra, l-Assoċjazzjoni għat-Turiżmu f’Għawdex u Nature Trust Malta, qed jieħdu passi biex jiżdied l-għarfien dwar il-bżonn li tiġi protetta it-tieqa tad-Dwejra.

L-għan ewlieni huwa li l-pubbliku, t-turisti kif ukoll dawk il-Maltin u Għawdxin li jżuru  din it-tieqa ma jkomplux jagħmlu aktar ħsara, wara li minkejja t-twissijiet xorta waħda jagħżlu li jimxu fuq din il-ġawra naturali.

L-MTA ddeskriviet din it-tieqa bħala ikonika għal pajjiżna u li bosta turisti japprezzaw. Iżda sfortunatament xi kultant l-apprezzament tad-Dwejra qed isir billi n-nies xorta waħda jimxu fuqha – u qajla jagħtu każ il-periklu.

Aqra aktar

Wiċċ ġdid ta’ tarmak qabel tibda l-iskola

Inħasset il-htiega li Triq Vajringa f’Għawdex tingħata wiċċ ġdid ta’ tarmak minħabba li kienet fi stat ħazin. Din it-triq li kienet ilha ħafna snin ma tingħata ftit manutenzzjoni, u tintuża ħafna minħabba li tgħaqqad żewġ pjazez ewlenin fil-belt Victoria; Pjazza San Frangisk u Pjazza Santu Wistin.

F’din it-triq hemm ukoll l-iskola primarja tar-Rabat.  Il-Ministeru għal Għawdex qal li ħass il-bżonn li din it-triq issir urġentament qabel ma tiftaħ l-iskola, u għalhekk ingħatat prijorità. Din it-triq tkompli żżid mal-ħidma li qed issir fuq id-diversi toroq fil-gżira Għawdxija.

Aqra aktar

Timbru speċjali għan-nies tal-Għarb

Nhar is-Sibt 24 ta’ Settembru, Maltapost se toħroġ timbru speċjali bħala kommemorazzjoni ta’ altar ġdid ġewwa l-Bażilika tal-Għarb f’ Għawdex, u ser jingħata mill-Fergħa Postali tal-Għarb.

Dan it-timbru speċjali jista’ jiġi ordnat mill-Bureau Filateliku, MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001, jew online fuq www.maltaphilately.com – Telephone 2596 1740 – e-mail: info@maltaphilately.com

screen-shot-2016-09-20-at-11-56-18

Aqra aktar

Minn Għawdex u mil-Latvia: imħatra bejn il-kollegi saret storja ta’ mħabba u vjaġġar

Din l-istorja ta’ Miguel Refalo minn Għajnsielem, u Inese Podniece mil-Latvja.

Iltaqgħu fl-Ingilterra lura fl-2011 meta Miguel kien qed jaħdem bħala cabin crew mar-Ryanair, u Inese kienet qed tistħarreġ għall-istess impjieg.

“Jien u kollega tiegħi għamilna mħatra bejnietna bħala ċajta, fejn sfidajna lili xulxin nagħżlu isem ta’ tfajla minn fuq il-lista ta’ dawk li kienu qed jistħarġu, u noħorġuha għal drink.” – Miguel

Mingħajr qatt ma raha, Miguel għażel lil Inese.

Aqra aktar

Tfajla tweġġa’ gravi f’Imġarr ix-Xini

Ilbieraħ għall-ħabta tat-tlieta ta’ wara nofsinhar seħħ inċident f’Imġarr ix-Xini ġewwa Xewkija, Għawdex.

Mara ta’ 27 sena mill-Emirati Għarab Maqgħuda u residenti tas-Sliema sofriet xi ġrieħi meta qabżet għal ġol-baħar.

Il-vittma ġiet meħuda l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz ta’ ambulanza. Hija sofriet ġrieħi ta’ natura gravi iżda mhijiex fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

 

Send this to a friend