Għawdex – Page 56 – One News

Notifiki

Kuntrarju għal dak li ġie rrapportat, l-aċċess għaċ-Ċittadella se jibqa’ b’xejn

Għal kuntrarju tal-istorja li dehret fil-gazzetta Illum, il-Ministeru għal Għawdex jiddikjara li l-aċċess għaċ-Ċittadella se jibqa’ b’xejn biex din il-ġawhra fil-gżira Għawdxija li ġiet restawrata u rijabilitata f’din il-leġislatura titgawda mill-pubbliku kollu.

Il-gazzetta ddeċidiet li ċ-Ċittadella se ssir bi ħlas mingħajr ma ħadet l-ebda kummenti mill-Gvern.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Jitlesta studju siżmiku dwar il-mina bejn Malta u Għawdex

L-Universita’ ta’ Malta lestiet l-ewwel minn serje t’investigazzjonijiet siżmiċi bejn Malta u Għawdex ilbieraħ filgħaxija.

L-investigazzjoni hija parti minn studji biex jiġi ddeterminat jekk il-mina bejn il-gżejjer tistax issir. L-investigazzjonijiet għandhom l-għan li jiġi stabbilit il-mudell ġeoloġiku taż-żona li fuqu ser ikun ibbażat id-disinn tal-mina.
Aqra aktar

Fuljett jitqassam baxx baxx f’Għawdex

Fuljett mhux iffirmat qed jitqassam f’Għawdex u nies li tkellmu ma’ one.com.mt sostnew li huma urtati għal fatt li huwa distruttiv u jrid jerġa’ jġib is-snin tad-dlamijiet bħal ma’ huwa l-interdett.

Il-fuljett jgħid li l-interdett ġab snin ta’ glorja, forsi anki għaliex il-Partit Nazzjonalista ħadem spalla ma’ spalla mal-elementi konservattivi tal-Knisja ta’ Gonzi.
Aqra aktar

Alfred Sant jgħid li Għawdex għandu bżonn awtorità reġjonali

 

“Għawdex għandu bżonn Awtorita’ Reġjonali li titmexxa fl-interess tal-Għawdxin waqt li tibqa’ tiġbed il-ħin kollu l-ħabel tal-gvern tal-ġurnata”

Dan qalu Alfred Sant meta indirizza Konferenza dwar l-Iżvilupp ta’ Għawdex fl-Ewropa. Dr Sant qal li se jibqa’ jappoġġja kull miżura biex Għawdex jieħu dak li huwa tiegħu u jagħmel tajjeb għall-iżvantaġġi li għandu minħabba l-insularita’ doppja.

Sant qal li l-Għawdxin ma jistgħux jistennew li l-Unjoni Ewropea se ssolvi l-problemi tiegħu. Iridu jkunu l-Għawdxin li jsolvu l-problemi tagħhom. Għawdex jonqsu ħtieġa strateġika li jitmexxa bħala reġjun. ‘Kienet f’waqtha ir-riferenza għal Għawdex fil-Budget li jiffoka fuq ir-reġjonalita’ tiegħu’ saħaq Alfred Sant.Aqra aktar

100,000 persuna żżur iċ-Ċentru tal-Viżitaturi taċ-Ċittadella

Fl-ewwel tliet xhur u nofs mill-inawgurazzjoni taċ-Ċentru tal-Viżitaturi taċ-Ċittadella mill-Prim Ministru nhar it-30 ta’ Ġunju 2016, 100,000 persuna żaret dan iċ-ċentru u  sar wieħed mill-attrazzjonijiet prinċipali f’Għawdex.

Iċ-Ċentru għall-Viżitaturi jinsab qabel id-daħla taċ-Ċittadella f’żewġ ġibjuni tal-ilma mibnija lejn nofs is-seklu 19 f’parti mill-foss taċ-Ċittadella. Iċ-ċentru għall-viżitaturi huwa mgħammar b’teknoloġija awdjo-viżiva u jipprovdi faċilitajiet biex il-viżitaturi jsiru jafu dwar diversi aspetti tal-istorja taċ-Ċittadella.
Aqra aktar

Il-Franċiż li skopra l-boċċi f’Għawdex

Federico Chini skopra li Għawdex hija verament prezzjuża daqs kemm jgħid. Tant li wara li żar il-gżira ta’ tliet għoljiet, għamel filmat qasir li qed isir fenomenu fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, bl-isem ta’ “Fed’s World”.

Il-logħba tal-boċċi, id-daqq tal-qniepen, l-għawm…prova ftit minn kollox, kif tista’ tara hawn. Għalkemm isostni li l-boċċi hija logħba Franċiża fil-verità!

Aqra aktar

Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija pożittiva dwar il-mina bejn Malta u Għawdex

Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija  laqgħet l-aħbar li Transport Malta flimkien mal-Universita ta’ Malta se jkunu qed jiġbru informazzjoni fuq l-istat ġeoloġiku ta’ taħt qiegħ il-baħar bejn Malta u Għawdex. L-Universitá se tkun qed tagħmel investigazzjonijiet ġeotekniċi f’diversi żoni fuq l-art u fil-fliegu, bi tħaffir mistenni sa madwar 200 metru taħt qiegħ il-baħar. Dan wara sejħet li nħarġet minn Transport Malta biex tinġabar din l-informazzjoni.
Aqra aktar

Iżjed vjaġġi, iżjed passiġġieri u iżjed vetturi jaqsmu l-fliegu

Bejn Lulju u Settembru ta’ din is-sena kien hemm żidiet fl-ammont ta’ trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex, meta mqabbel mal-istess tliet xhur ta’ sena qabel.

Total ta’ 1,643,898 passiġġier vjaġġa bejn Malta u Għawdex, jiġifieri żieda ta’ 7.8%. L-ikbar ammont ta’ passiġġieri kien irreġistrat f’Awwissu, b’582,264 passiġġier, jew 35.4% tat-total għal dawk it-tliet xhur.

Aqra aktar

Send this to a friend