Għawdex – Page 55 – One News

Notifiki

L-għażla dan il-Milied: Għawdex

  • F’Diċembru 2015 kien hemm żieda ta’ aktar minn 45,000 passiġġier u 15,000 vettura aktar minn Diċembru 2014

“Għawdex hu lest biex għal sena oħra jilqgħek fi gżiritna f’dan il-perjodu ta’ ferħ”, qal il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha kien imniedi  programm ieħor varat għal żmien il-Milied fil-gżira Għawdxija.

Il-Ministru Refalo spjega kif dan il-gvern kompla investa biex ikompli jsaħħaħ il-prodott turistiku Għawdxi f’dan il-perjodu tant importanti fil-kalendarju Għawdxi li b’ħidma kbira qed jattira influss ta’ eluf ta’ turisti kemm Maltin kif ukoll barranin.

Għawdex ħa l-fama bħala l-gżira tal-Milied minħabba d-diversi attrazzjonijiet u attivitajiet uniċi li wieħed jista’ jżur f’dawn il-jiem ta’ festi. Għal sena oħra, il-Kumitat Milied f’Għawdex, fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex,ġabar firxa ta’attivitajiet  tal-Milied biex iħejji programm mifrux fuq Għawdex kollu għall-perjodu bejn it-3 ta’Diċembru 2016, u t-8 ta’ Jannar 2017.

Aqra aktar

Xemx jew xita – kellna l-ogħla żieda fl-istaġjonalità

Fil-Parlament il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis qal li l-istaġonalità minn aspett ta’ żieda perċentwali fil-volumi tat-turisti, l-aħħar xitwa 2015/2016, qed turi l-għola żieda ta’ 11% meta mqabbla mal-istaguni l-oħra fejn fil-perjodu tas-sajf żdied b’rata ta’ 6%.

Barra minn hekk, jekk wieħed iħares kif l-influss tat-turisti huwa mqassam fuq l-istaġuni, jinnota, li s-sehem tax-xitwa fl-aħħar sena meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, żdied b’ 1 punt perċentwali, minn 24% għal 25%.

Ir-raġuni prinċipali għal din iż-żieda, hi r-riżultat pożittiv ta’ xogħol kontinwu tal-Gvern mal-Malta International Airport biex ikomplu jtejbu l-konettivita’ ta’ Malta matul is-sena kollha, speċjalment fl-istaġun tax-xitwa. Fil-fatt, in-numru ta’ air seats fix-xitwa 2016/2015 żdied b’10.4% meta mqabbel max-xitwa ta’ qabel (Novembru sa Marzu).

Aqra aktar

Pixxina “State of the Art”

L-iffirmar tal-Memorandum of Understanding li se jwassal għall-bini ta’ pixxina f’Għawdex – u allura twettieq ta’ wiegħda elettorali oħra – kien deskritt bħala pass ieħor fit-triq it-tajba. Dan mill-kowċ tat-tim nazzjonali tal-waterpolo Karl Izzo, waqt ONE News Breakfast.
Aqra aktar

Ikkonfermata: għall-għadis kważi m’hawn ħadd aqwa minna fid-dinja!

Il-qarrejja tar-rivista Sport Diver ivvotaw għall-aħjar destinazzjoni għall-għadis minn madwar id-dinja. Il-Gżejjer Maltin ġew fit-tielet post bħala “l-aqwa desitnazzjoni tal-għadis” waqt l-iSport Diver Awards ta’ din is-sena.

Dan it-titlu prestiġjuż iqiegħed il-Gżejjer Maltin bħala l-aktar destinazzjoni popolari għall-għadis fil-Mediterran, skont kif ivvutaw eluf ta’ qarrejja ta’ Sport Diver.

Aqra aktar

Pass ieħor lejn pixxina f’Għawdex

Kien iffirmat Memorandum of Understanding li se jwassal għall-bini ta’ pixxina  f’Għawdex.

Il-pixxina, b’tul ta’ ftit iktar minn tlieta u tletin metru u b’wisa ta’ għoxrin metro, se sservi kemm għal-logħob tal-waterpolo kif ukoll għat-taħriġ tal-għawm.
Aqra aktar

Joġġezzjonaw il-ħruġ ta’ dettalji mill-kontijiet ta’ Giovanna Debono

Id-difiża ta’ Anthony Debono, ir-raġel tal-eks Ministru Giovanna Debono, oġġezzjonat li fil-Qorti jkunu ippreżentat tagħrif minn kontijiet bankarji tal-eks Ministru. Illum kienu lesti biex jixhdu r-rappreżentanti ta’ erba banek ewlieni dwar l-allegat każ ta’ xiri ta’ voti f’Għawdex, iżda eventwalment inqala battibekk bejn il-prosekuzzjoni u d-difiża li wassal biex il-Maġistrat bagħat il-każ lura għand l-Avukat Ġenerali biex jiddeċiedi dwar din ix-xhieda tar-rappreżentanti tal-banek.

Aqra aktar

Wara snin ta’ rimi ta’ żibel, ix-xogħol f’Tal-Muxi għaddej kif suppost

L-Awtorità tal-Ippjanar ikkonfermat li x-xogħlijiet li għaddejjin madwar iż-żona tal-barriera Ta’ Muxi f’Għawdex qed jitwettqu bi qbil ma’ dikjarazzjoni tal-metodu ta’ restawr approvati għas-sit kollu.

Lura fl-2010, l-Awtorità kienet ħarġet avviż ta’ infurzar wara li parti kbira miz-zona intliet  bl-rimi illegali ta’ skart. Matul l-aħħar sentejn, l- Awtorità għamlet pressjoni fuq is-sidien tal-art, biex ireġġgħu l-post lura għall-istat oriġinali tiegħu, kif wieħed jista’ jinnotaħ minn ritratti tal-1993.

Fil-fatt, sal-lum, ħafna mill-materjal ta’ skart tneħħa mis-sit u ġie mqiegħed f’barriera qrib. Numru kbir ta’ ħitan tas-sejjieħ li kienu ġew imwaqqa’ matul ir-rimi tal-materjal ġew ristrutturati skont kif jitlob metodu approvat, bl-użu ta’ prattiċi tradizzjonali. Uħud miz-zioni restawrati diġà bdew jintużw għall-għanijiet agrarji.

Aqra aktar

It-tkabbir fit-turiżmu f’Malta huwa ikbar minn dak globali u dak tal-Mediterran

L-organizazzjoni dinjija għat-turiżmu tan-Nazzjonijiet Maqgħuda ħabret li kien hemm kważi biljun turist internazzjonali fl-ewwel disa’ xhur tas-sena.

Żieda ta’ madwar 40% fuq ir-riżultati fl-istess perjodu s-sena li għaddiet, f’xhieda li s-settur turistiku madwar id-dinja qed ikompli jirkupra.

Li jispikka f’dawn ir-riżultati huwa kif it-tkabbir f’Malta huwa ikbar minn dak globali u reġjuni oħra madwarna. Malta tiżboq bil-kbir it-tkabbir internazzjonali fit-turiżmu skont dan it-tagħrif.

Aqra aktar

Send this to a friend