Għawdex – Page 52 – One News

Notifiki

Milied bieżel għan-negozjanti Għawdxin

Minkejja l-maltemp li ħakimna l-ġimgħa li għaddiet il-Maltin u l-Għawdxin ma qatgħux qalbhom iżuru d-diversi attivitajiet ta’ Christmas in Gozo. Fatt li rriżulta biex negozjanti Għawdxin ma ħadu l-ebda daqqa, u xogħolhom baqa għaddej mingħajr ebda xkiel.

Aqra aktar

€10,000 bħala sostenn għall-proġetti tan-Nature Trust Malta fl-iskejjel ta’ Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo ppreżenta kontribuzzjoni ta’ €10,000 lin-Nature Trust Malta. Dan bħala parti minn ftehim iffirmat bejn il-Ministeru t’Għawdex u Nature Trust Malta. Il-ftehim jorbot liż-żewġ partijiet jikkollaboraw flimkien fuq programm ambjentali u ta’ sostennibbiltà.

Permezz tal-programm FEE, ewlenin fosthom EkoSkola, YRE (Young Reporters for the Environment) u LEAF (Learning about Forests) qed isir ħafna ġid fost l-istudenti Għawdxin. Mill-iskola dawn l-istudenti qed jieħdu edukazzjoni li qed tgħinhom ikunu aktar sostennibli.

Aqra aktar

Ħidma id f’id li tħalli l-frott

Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis u l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet waqt il-preżentazzjoni tal-attivitajiet tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena fil-gżira Għawdxija.

Il-kumitat organizzattiv ‘Milied f’Għawdex’ ħejja programm vast għal dawn iż-żmenijiet ta’ festi fejn għal sena oħra l-inizjattivi relatati mal-Milied inġabru taħt kappa waħda. B’hekk Għawdex se jiġi reklamat bħala destinazzjoni turistika ewlenija għall-Milied. L-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu (MTA) tagħti sostenn qawwi lil din l-inizjattiva ‘Milied f’Għawdex’.
Aqra aktar

FILMAT: ara x’qed jagħmlu Barts biex jirriklamaw lill-iskola medika u lil Malta

  • “A big part of the appeal for students will be Malta” 

Mhux biss jirriklamaw il-programmi tagħhom hawn Malta, imma wkoll lil pajjiżna stess. Qed nitkellmu dwar Barts u l-London School of Medicine and Dentistry, li niedew żewġ programmi hawn Malta.

Biswit l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kif nafuh illum, u anke s-sit li llum jilqa’ l-pazjenti, se jkun hemm bidla sħiħa b’faċilitajiet tal-ogħla livell, biex f’Għawdex ikun hemm teaching hospital tal-ogħla livell.

Elf student diġa huma interessati li jieħdu sehem fil-proġett ta’ suċċess.

Segwu dan il-filmat mill-isbaħ.

Aqra aktar

“B’deċiżjoni waħda, ulied l-Għawdxin se jkollhom xogħol għas-snin li ġejjin”

  • Il-Prim Ministru jitkellem dwar l-investiment ta’ Barts f’Għawdex

Fiċ-Ċentru Laburista tax-Xagħra, il-Prim Ministru qal li Għawdex qed jinbidel, biex minn qasam tas-saħħa li kien piż, issa se jkun fost l-aqwa fil-Mediterran. Settur li se jġib ix-xogħol, fi gżira fejn qed tkun indirizzata l-problema ta’ staġjonalità.

Elf student diġa huma interessati li jieħdu sehem fil-proġett ta’ suċċess, il-proġett tal-iskola medika f’Għawdex.

“Din hija storja simbolu tad-differenza bejn dan il-Gvern u l-Gvern ta’ qablu” qal il-Prim Ministru. Spjega li dan il-Gvern huwa ambizzjuż u l-Għawdxin se jieħdu l-aqwa kura fil-pajjiż, f’Għawdex stess. Se jiġu barranin jieħdu l-kura f’Għawdex, u jiġu aktar postijiet tax-xogħol. Differenza qawwija mill-istat li kien fih il-qasam mediku taħt amministrazzjoni Nazzjonalista.

Aqra aktar

L-għażla dan il-Milied: Għawdex

  • F’Diċembru 2015 kien hemm żieda ta’ aktar minn 45,000 passiġġier u 15,000 vettura aktar minn Diċembru 2014

“Għawdex hu lest biex għal sena oħra jilqgħek fi gżiritna f’dan il-perjodu ta’ ferħ”, qal il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha kien imniedi  programm ieħor varat għal żmien il-Milied fil-gżira Għawdxija.

Il-Ministru Refalo spjega kif dan il-gvern kompla investa biex ikompli jsaħħaħ il-prodott turistiku Għawdxi f’dan il-perjodu tant importanti fil-kalendarju Għawdxi li b’ħidma kbira qed jattira influss ta’ eluf ta’ turisti kemm Maltin kif ukoll barranin.

Għawdex ħa l-fama bħala l-gżira tal-Milied minħabba d-diversi attrazzjonijiet u attivitajiet uniċi li wieħed jista’ jżur f’dawn il-jiem ta’ festi. Għal sena oħra, il-Kumitat Milied f’Għawdex, fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex,ġabar firxa ta’attivitajiet  tal-Milied biex iħejji programm mifrux fuq Għawdex kollu għall-perjodu bejn it-3 ta’Diċembru 2016, u t-8 ta’ Jannar 2017.

Aqra aktar

Send this to a friend