Għawdex – Page 2 – One News

Notifiki

Studenti Għawdxin se jibdew imorru dirett fost oħrajn l-Università b’tal-linja diretta miċ-Ċirkewwa

Minn Ottubru li ġej, se tibda topera rotta ġdida tat-trasport pubbliku bl-isem ta’ X300, li se tkun qed tgħaqqad it-Terminal fiċ-Ċirkewwa mal-Università, l-Isptar Mater Dei, Junior College u l-Belt Valletta. Aqra aktar

“Minix ser niġġudika lil ħadd u rridu nfejqu l-qlub imweġġa’ mill-Knisja” – Isqof t’Għawdex

Ser nilqa’ lil kulħadd b’idi miftuħa hu min hu.

Kliem l-Isqof il-ġdid tad-Djoċesi Għawdxija Anton Teuma, li f’intervista ma’ dan l-istazzjon, meta misqtosi dwar persuni divorzjati, qal b’mod ċar li ser ikompli jaħdem biex jipprova jfejjaq il-qlub ta’ persuni mweġġa’, li xi drabi ġew imweġġa’ mill-knisja stess.

“Preżentejna lil Ġesu bħala Imħallef, milli tabib, pulizija milli social worker. Din il-qalb ħanina ta’ Alla li tilqa’ lil kulħadd fiha u ma tiġġudikax il-persuna dejjem isalvaha. Trid tkun approach ta’ kull saċerdot, nisrani u isqof  – qalb miftuħa biex tilqa’ lill qlub midruba xi drabi anke mill-knsija stess.”

Aqra aktar

Il-Vitorja fissret tmiem il-ġimgħa pożittiv ieħor għal Għawdex

Fi tmiem il-ġimgħa estiż minħabba l-Festa tal-Vitorja, Għawdex għal darb’oħra ra influss qawwi ta’ nies li għażlu l-gżira tat-tliet għoljiet sabiex iqattgħu ftit jiem ta’ rilassament.Aqra aktar

Tinstab milestone ta’ 150 sena fil-Menqa f’Marsalforn

Waqt li kienu qed isiru x-xogħlijiet fil-Menqa f’Marsalforn instabet milestone ta’ żmien l-Ingliżi waqt li kien qiegħed isir it-tħaffir f’din iż-żona. Aqra aktar

Send this to a friend