Notifiki

Għawdex bi pjan għal riġenerazzjoni tat-turiżmu

Il-gżira ta’ tliet għoljiet issa għandha pjan għar-riġenerazzjoni tat-turiżmu li se jirreklama lil Għawdex bħala destinazzjoni unika fil-Mediterran u mhux biss parti minn Malta.

Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarjiet fejn ġie spjegat kif din il-kampanja se tiffoka biex jiġu turisti minn pajjiżi Ewropej b’mod prinċipali.Aqra aktar

Mixli li seraq għodda u tyres

Raġel ta’ wieħed u tletin sena mix-Xagħra Għawdex wieġeb mhux ħati li fis-26 ta’ Jannar tas-sena l-oħra seraq ammont ta’ għodda ta’ kostruzzjoni u tyres li l-valur tagħhom jammonta għal eluf ta’ ewro.Aqra aktar

S’issa 6,000 passiġġier użaw il-Gozo Fast Ferry

Fl-ewwel ġimgħa tagħha, il-kumpanija Gozo Fast Ferry Ltd. ġarret 6,000 passiġġier fi vjaġġi bejn il-Belt Valletta u l-Imġarr, Għawdex. Il-kumpanija saħansitra kellha żżid il-vjaġġi tagħha biex tkopri għad-domanda li kien hemm matul it-tmien il-ġimgħa li għaddiet.Aqra aktar

12,000 familja f’Għawdex se jirċievu water saving kits biex jikkonservaw l-ilma

Tnax-il elf familja f’Għawdex se jirċievu water saving kits matul Ġunju u Lulju biex jikkonservaw l-ilma bħala parti mill-kampanja nazzjonali, L-Ilma – Ibda Minnek.

Waqt żjara fil-gżira Għawdxija l-Ministru Miriam Dalli, s-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi u l-Ministru Clint Camilleri ħabbru li ta’ kull ġimgħa, mobile unit se jdur kull lokalità biex jitqassmu dawn il-kits.

Kull dar se tirċievi wkoll voucher u pakkett li se jissarraf f’għodda għall-iffrankar tal-ilma.

Il-Ministru Dalli stqarret li l-ħsieb wara dawn il-kits huma bidliet sempliċi madwar id-dar biex jonqos il-konsum tal-ilma.

“Tnax-il elf dar li permezz ta’ dan il-kit tal-ilma li ser inkunu qegħdin inqassmu jkunu jistgħu wkoll jiffrankaw l-użu tal-ilma. Wara kollox f’pajjiżna l-ilma huwa riżorsa mill-aktar importanti u allura rridu naċċertaw ruħna li din ir-riżorsa nieħdu ħsiebha u fl-istess ħin ikun ta’ benefiċċju għall-familja għaliex il-familji ser ikunu qegħdin jiffrankaw ukoll finanzjarjament għaliex ikunu qegħdin jikkonsmaw inqas ilma.”

Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi spjega li dan il-proġett qed isir permezz ta’ investiment ta’ iktar minn erbgħa u għoxrin miljun ewro li l-maġġoranza kbira tagħhom ġejjin minn fondi Ewropej.

“Qegħdin ninvestu fondi tal-Unjoni Ewropea f’madwar wieħed u għoxrin miljun ewro sabiex nedukaw u nkomplu noħolqu għarfien kemm hu importanti li nieħdu ħsieb ir-riżorsa tal-ilma.”

Il-Ministru għal Għawdex sostna fuq l-importanza li minn età żgħira nrawmu t-tfal biex jibżgħu għall-ilma u ma jaħlux.

“Illum il-ġurnata sa xahrejn oħra ser inkunu qegħdin induru l-lokalitajiet kollha ġewwa Għawdex sabiex il-pubbliku tagħna jkun jista’ wkoll jibbenefika minn din l-inizzjattiva tant importanti għall-gżira tagħna.”

 

Sieħeb is-Serb jgħid kif l-imputat qallu li kien qatel raġel b’pistola

Fil-Qorti t’Għawdex bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tas-Serb li qed jiġi akkużat bil-qtil tal-Eġizzjan fl-Għarb tliet snin ilu.

Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, bdiet tixhed l-eks mara tal-Eġizzjan, fejn xehdet dwar il-mumenti li tkellmet l-aħħar ma’ Walid Salah Abdel Motaleb Mohamed qabel ma nqatel.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Il-provi taż-żewġ kumpaniji bil-katamarani tas-servizz tal-fast ferry

Bħalissa għaddejjin il-provi taż-żewġ kumpaniji bil-katamarani li se jħaddmu s-servizz tal-fast ferry bejn il-Port tal-Imġarr f’Għawdex u l-Port il-Kbir.

Dan is-servizz ta’ żewġ operaturi, tal-Virtu Ferries u l-Gozo Fast Ferry se jibda mill-1 ta’ Ġunju u ż-żewġ kumpaniji diġà ħarġu n-nollijiet.

Permezz tal-fast ferry se tkun tista’ taqsam iż-żewġ gżejjer mill-Belt għall-Għawdex f’inqas minn tliet kwarti.

Is-servizz tal-fast ferry intlaqa’ b’mod pożittiv minn bosta msieħba, fosthom: l-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu, il-GTA, il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija u l-Għaqda Studenteska Għawdxija, il-GUG.

Send this to a friend