Notifiki

BirdLife Malta mħassba dwar żvilupp ineżistenti

BirdLife Malta qalet li tinsab imħassba serjament dwar il-possibbiltà li z-zona li ddawwar ir-Riserva Naturali tas-Simar fix-Xemxija “tispiċċa fil-mira ta’ żvilupp li jkollu impatt negattiv”.

Fi stqarrija mibgħuta mill-kap tal-komunikazzjoni Nathaniel Attard, intqal li f’zona viċin ir-riserva hemm djar ta’ żewġ sulari, li madanakollu l-Pjan Lokali tal-Majjistral tal-2006 jagħtihom il-fakultà li jgħollu sa erba’ sulari.

Birdlife stess jgħidu li “dan għadu ma mmaterjalizzax”.

Aqra aktar

Nuqqas ta’ provi li kien fuq il-post

Il-Qorti tal-appell biddlet id-deċiżjoni fil-konfront ta’ Emanuel Muscat u lliberatu mill-ħtija li f’ Novemru tal-2012 nasab illegalment. Dan wara li l-qorti sabet li ma kienx hemm provi biżżejjed li Muscat kien fuq is-sit fejn kien qed isir insib illegali. Iżda huwa argumenta li r-rapport tas-surġent tal-għassa kien skorrett għaliex fl-interrogazzjoni huwa kien ammetta biss li n-nasses kienu tiegħu u mhux li xbieki kienu tiegħu ukoll, tant li ppreżenta ċertifikat tat-tabib biex juri li kien ma jiflaħx id-dar. Muscat, minn Ħad-Dingli kien ingħata ammenda ta’ seba’ mitt ewro mill-qorti inferjuri, liema ammenda issa tħassret.

Jidher għasfur rari f’pajjiżna

Waqt li fl-aħħar jiem kienet qed issir l-osservazzjoni tal-għasafar tal-priża waqt il-passa, fil-Buskett kienet osservata tajra tal-priża rari ħafna għal Malta, deher Sparvier tal- Lvant (Levant Sparrowhawk, Accipiter brevipes).
Aqra aktar

L-FKNK issejjaħ l-Astuni u l-Glitch Festival “KONTROVERSJA BLA BŻONN”

“Id-drittijiet, il-privileġġi u l-interessi legali tal-minoranzi għandhom dejjem jiġu rispettati, inkluż ta’ dawk in-nies li kienu qed igawdu l-mużika waqt il-‘Glitch Festival’ fil-Buskett nhar l-Erbgħa filgħaxija.” Dan qalitu l-FKNK fi stqarrija.

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti kompliet tgħid li bl-għajta favur id-drittijiet tal-minoranzi, is-sena l-oħra rebħet l-ewwel referendum abrograttiv li qatt sar f’Malta. Iddissassoċjat ruħa mill-appell li sar permez ta’ stqarriji għall-istampa minn ċertu għaqdiet, sabiex jieqaf il-festival, għax dan seta’ jiddisturba qatgħa ta’ astuni suwed li nsertaw qed ipassu u forsi setgħu jistrieħu għal lejl ġewwa l-Buskett.

Aqra aktar

Baal u Tanit: spanjuletti meħlusa

Ikkonfermati mill-inqas żewġ każi ta’ Spanjuletti li bejtu fil-Gżejjer Maltin din is-sena

Wara ġimgħat ta’ riabilitazzjoni, fl-aħħar jiem żewġ Spanjuletti (Common Kestrel) – raġel u mara – inħelsu f’Kemmuna.

L-Ispanjulett raġel, li ngħata l-isem ‘Baal’ wara wieħed mill-Allat tal-Feniċi, instab fiż-Żejtun f’Lulju b’feriti kkawżati minn tir ta’ senter li rriżultaw f’ġewnaħ miksur. Wara li l-veterinarji tagħna eżaminawh u studjaw kif il-ferita setgħet tfiq, kien deċiż li jsir tentattiv biex l-għasfur jiġi riabilitat. Li Baal jinżamm għal ftit żmien taħt osservazzjoni kien neċessarju biex jingħata l-ikel u jiġi mħares sakemm ikun jista’ jerġa’ jtir imma l-Ispanjulett malajr reġa’ beda jiekol waħdu u jagħmel użu mill-passiġġiera li tpoġġietlu apposta fil-post fejn kien qed jinżamm.

L-Ispanjulett mara, li kienet ferħ, ingħatat l-isem ‘Tanit’ – ukoll wara waħda mill-Allat ta’ żmien il-Feniċi – u nġabret minn Ħal Qormi fit-8 ta’ Awwissu b’sinjali li kienu juru ċar li kienet maqbuda u miżmuma illegalment. Għalkemm meta nstabet ma setgħetx ittir, irkuprat malajr u wara xahar ta’ riabilitazzjoni kienet lesta biex tinħeles.

Aqra aktar

Jinstabu siti ta’ insib illegali u għasafar ħajjin

Fl-aħħar jiem il-kumitat CABS sab sitt siti ta’ insib illegali. Ix-xbieki li kienu qed jintużaw għall-insib inġabru mill-Pulizija flimkien mal-għasafar protetti li kienu għadhom ħajjin.

Is-siti, li kienu armati b’għodda u xbieki attivi, instabu fiż-Żejtun, l-Imġarr, l-Aħrax, l-Imqabba u x-Xewkija.

Il-Pulizija kienet informata mill-CABS u wara li wettqet tfittxija sabet tliet għasafar, li l-ispeċi tagħhom hija protetta mill-ogħla direttivi Ewropej. Ħafna mis-siti ntsabu permezz ta’ tfittxija bl-ajru. Fi stqarrija CABS innotaw li l-ammont ta’ insib illegali fix-xhur sajfin naqas dawn l-aħħar tliet snin, iżda s-sitwazzjoni tibqa’ serja.

Aqra aktar

L-istorja ta’ Baħar u Carmel – żewgt’ifrieħ li waqgħu mill-bejta

BirdLife Malta rnexxielha żżoqq u tkabbar b’suċċess żewġt ifrieħ tal-Garnija li nstabu wara li kienu waqgħu mill-bejta.

Iż-żewġt ifrieħ li kienu għadhom kif faqqsu nġabru minn sidien ta’ dgħajjes f’okkażjonijiet differenti fl-inħawi tal-Blue Grotto fiż-Żurrieq.

L-ewwel ferħ salvat, li ngħata l-isem ‘Baħar’, kellu biss ftit jiem u kien jiżen biss 32 gramma meta nġabar. Minn dakinhar, taħt il-kura ta’ BirdLife Malta, Baħar kompla jikber u jsir aktar b’saħħtu kuljum u fl-aħħar jiem beda jtella’ r-rix li juri li bil-mod il-mod qed isir adult.

It-tieni ferħ, li ssemma ‘Carmel’, kien akbar u aktar b’saħħtu minn Baħar meta ġie mgħoddi f’idejn BirdLife Malta. Hu ngħata dan l-isem għas-sid tad-dgħajsa li salvah minn fuq il-baħar, Carmel Caruana.

Aqra aktar

Send this to a friend