Notifiki

Ċinju ferut – Birdlife twaħħal fil-kaċċaturi

Id-dehra ta’ ċinju fil-bajja ta’ San Tumas kienet innotata minn Birdlife Malta, li fi stqarrija qalu li dan l-għasfur kien midrub taħt il-ġewnaħ tal-lemin, qrib ġismu.

Fi kliem Birdlife: “filwaqt li l-pubbliku ġenerali wera entużjażmu u eċitament għaż-żjara taċ-ċinji, hija ta’ qtugħ il-qalb u tal-mistħija li xi kaċċatur sfidaw ir-rieda tajba u r-rispett lejn il-liġi u lejn in-natura, u provaw joqtlu din is-sbuħija. L-għasafar huma hemm biex kulħadd igawdihom u mhux biex xi ħadd joqtolhom jew jaħtafhom egoistikament.”

Sa ftit ilu, Birdlife qalet kemm qed tikkollabora flimkien mal-kaċċaturi biex iċ-ċinji jkunu jistgħu jieklu.

Aqra aktar

Ikkaċċja għal għasafar waqt staġun magħluq

Għawdxi ta’ wieħed u għoxrin sena kiem immultat elfejn ewro filwaqt li kellhu l-liċenzji tal-Kaċċa u l-Insib sospiżi għa sentejn. Dan wara li fil-qorti ta’ Għawdex ammetta li kkaċja għall-għasafar waqt l-istaġun magħluq għall-kaċċa tal-għasafar.

Aqra aktar

Qed jaqblu bejniethom fuq il-proċedura tal-ikel liċ-ċinji f’Għawdex

Diskussjonijiet li saru tul l-aħħar jiem bejn BirdLife Malta, il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) u l-Kaċċaturi San Ubertu (KSU), wasslu għal ftehim ta’ kollaborazzjoni dwar l-għoti tal-ikel adegwat liċ-Ċinji f’Għawdex.

Wara żjara u evalwazzjoni li saret liċ-Ċinji minn Dr Kovacs, il-veterinarju appuntata mill-Wild Birds Regulation Unit (WBRU), kienet ġiet stabbilita proċedura biex iċ-Ċinji jingħataw l-ikel. Din il-proċedura (feeding protocol) issa se tkun f’idejn it-tliet entitajiet. Il-kwantità tal-ikel se tibda titnaqqas wara ftit bl-iskop li l-għasafar jiġu stimulati jkomplu jpassu.

Aqra aktar

Stabbilita proċedura biex iċ-Ċinji f’Għawdex jingħataw l-ikel

BirdLife Malta qed issejjaħ lill-federazzjoni tal-kaċċaturi biex tħares ’il quddiem u tingħaqad magħha biex flimkien jipproteġu l-għasafar.

Fi stqarrija qalet li ż-żjara taċ-Ċinji f’Malta wriet li l-parti l-kbira tal-Maltin u l-Għawdxin japprezzaw in-natura u jridu jgawduha mingħajr ma b’xi mod jagħmlulha l-ħsara. BirdLife Malta tinnota li anke nies li s-soltu joħorġu għall-kaċċa f’dan il-każ apprezzaw is-sbuħija naturali tal-għasafar ħajjin. Dan jista’ biss jawgura tajjeb għall-interess komuni ta’ pajjiżna. Filwaqt li hija xi ħaġa minn ewl id-dinja li n-nies iridu jitimgħu liċ-Ċinji, BirdLife Malta riedet tenfasizza r-riskji marbutin ma’ dan u li l-ħobż għandu jiġi evitat kemm jista’ jkun.

Aqra aktar

Iż-żona fejn hemm iċ-ċinji tingħalaq għall-pubbliku

Wara l-istruzzjonijiet tal-WBRU (Wild Birds Regulation Unit) u l-VRD (Veterinary Regulation Directorate), il-pubbliku ma jistax jaċċessa ż-żona li fiha jinsabu ċ-ċinji. Il-Pulizija mid-Distrett ta’ Għawdex qed jikkontrollaw l-aċċess għall-pubbliku f’Marsalforn, bl-għan li dawn iċ-ċinji ma jiġux disturbati u ma jingħatawx ikel li mhux addattat għalihom. Dan ifisser li l-esperti biss jistgħu jidħlu fiż-żona fejn jinsabu ċ-ċinji.

Aqra aktar

Żewġ għasafar meħlusa f’Kemmuna

Wara perjodu ta’ rijabilitazzjoni, Spanjulett u Seqer ta’ Denbu, inħelsu fil-pajsaġġ u l-kalma ta’ Kemmuna fejn mistennija jqattgħu Xitwa f’abitat li jbejtu fih għasafar tal-priża mdawra bil-ħdura u ‘il bod mill-iżvilupp.

Peress li Kemmuna hija żona ta’ Natura 2000, mhuwiex permess li jsir kaċċa jew insib fuqha, għalhekk din il-gżira hija ż-żona ewlenija fejn l-għasafar tal-priża rijabilitati jinħelsu minn BirdLife Malta.

Aqra aktar

“Li qalu l-Birdlife u l-CABS huwa QARRIEQI”

Aktar minn terz tal-postijiet tal-insib tal-passat m’għadhomx fl-użu, minħabba s-sistema rigoruża ta’ infurzar. Għalhekk dak li qalu organizazzjonijiet mhux governattivi huwa qarrieq.

Dan sostnieh s-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, b’referenza għal dak li qalu l-CABS u Birdlife Malta, ċioe li aktar minn terz tas-siti tal-insib din il-ħarifa mhumiex irreġistrati u huma illegali. L-NGOs (organizazzjonijiet mhux governattivi) qalu wkoll li l-bqija tas-siti permessi mill-Wild Birds Regulation Unit (WBRU) jiksru r-regolamenti għall-ħarsien tal-habitat.

Aqra aktar

CABS jgħidu li kienu huma li ġibdulu filmati jonsob – issa l-Għawdxi weħel €3,000

Nassab Għawdxi kien immultat €3,000 wara li nqabad jonsob meta l-istaġun kien magħluq.

Fatt li diġa’ kien irrapportat, imma li issa bagħat stqarrija dwaru l-kumitat barrani CABS, filwaqt li provdew dettalji dwar ir-raġel li għandu 63 sena u huwa mix-Xagħra. Qalu li nstab ħati li nasab 13-il sponsun f’Marzu li għadda.

CABS kitbu li kienu huma li ġibdu filmat u li rrapportaw li r-raġel li kellu faċilitajiet tal-insib f’inħawi magħrufa bħala Santu Pietru.

Aqra aktar

Toħloq djar uniċi għall-għasafar

Jada Fitch hi tfajla li x-xogħol tagħha hu li toħloq stampi għall-kotba tat-tfal u għandha mħabba kbira għall-għasafar.

Jada, li tgħix f’Maine l-Istati Uniti, tant tħobb l-għasafar li ddeċidiet li fil-ħin liberu tagħha toħloq djar żgħar u uniċi għall-għasafar fejn tpoġġi ftit ikel sabiex dawn l-għasafar jitrejqu meta jieqfu ħdejn it-tieqa tagħha.

Aqra aktar

Send this to a friend