Notifiki

AĠĠORNAT: Avukat Ġenerali tal-Qorti Ewropea b’opinjoni iebsa dwar l-insib f’Malta

L-avukat ġenerali fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, Elanor Sharpston, qalet li l-Qorti Ewropea għandha tilqa’ l-każ tal-Kummissjoni Ewropea kontra Malta b’rabta mal-insib ta’ seba’ speċi ta’ għasafar tal-għana.

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sharpston, li issa jridu jiġu kkunsidrati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li mistennija tasal għall-verdett finali tagħha aktar tard din is-sena.

Aqra aktar

FILMAT: Mument mistenni

Lura fl-abitat natural tagħhom. Filmat ta’ Bird Life Malta juri kwakka u bagħdan aħmar jinħelsu wara li ngħataw il-kura neċċessarja. Dan kien mument mistenni mill-volontiera tal-Bird Life hekk kif il-ħidma u d-dedikazzjoni tagħhom wasslet biex dawn iż-żewġ tipi ta’ għasafar ikomplu jittajjru fuq pajjiżna.

Bird Life Malta spjegat li l-bagħdan instab f’Selmun, fejn instab ferit biċ-ċomb fil-ġewnaħ. Ladarba ngħata l-kura għall-feruti tiegħu nħeles fuq Kemmuna.

Il-kwakka nstabet fuq bejn ta’ lukanda fil-Mellieħa, u ngħatat kura għax kienet dgħajfa ħafna.

Aqra aktar

Inqas abbuż fl-istaġun tal-kaċċa

  • L-FKNK SE TLAQQA’ L-MEMBRI TAGĦHA WARA STUDJI XJENTIFIĊI DWAR IL-KAĊĊA GĦALL-GAMIEMA

L-istaġun tal-kaċċa għas-summien li għalaq proprju nhar il-Ġimgħa l-Kbira kien pjuttost wieħed fqir, fejn l-ammont ta’ summien maqbud kien ilaħħaq biss il-130, dan hekk kif il-kaċċaturi kienu obbligati li javżaw il-Wild Birds Regulation Unit – WBRU għal kull għasfur maqbud.

Il-Kap tal-WBRU Sergei Golovkin qal li fl-ewwel nofs tal-istaġun bilkemm deher summien filwaqt li dan beda jidher xi ftit iżjed matul l-aħħar ġimgħa tal-istaġun. Apparti n-nuqqas ta’ summien li ġie lejn pajjiżna matul l-aħħar ġimgħat, fatt ieħor li wassal biex inqabad ftit summien kien li l-ammont ta’ kaċċaturi li fil-verità ħarġu għall-kaċċa kien ftit ukoll hekk kif mis-6,553 liċenzja speċjali li nħarġu kienu madwar 1,000 kaċċatur biss li ħarġu jikkaċċjaw għas-summiena. Dan konsegwenza tan-nuqqas ta’ interess min-naħa tal-kaċċaturi għaliex din is-sena ma setgħux jikkaċċjaw għall-gamiema minħabba moratorium li kienet proponiet l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti s-sena li għaddiet.

Aqra aktar

25 gamiema lura fl-ambjent naturali tagħhom

Ilbieraħ membri tal-Committee Against Bird Slaughter (CABS) sabu gaġġa b’25 gamiema, viċin l-Għarb Għawdex. Fi kliem il-kumitat il-gaġġa kellha fiha 25 gamiema li ġew konfiskati u rilaxxati lura fl-ambjent naturali tagħhom mill-Pulizija ta’ Għawdex.

Aqra aktar

Selvaġġi, sbieħ u residenti temporanji f’pajjiżna

B’eċċezjoni tas-Summien, l-unika speċi legalment kaċċabli fil-preżent, numru sabiħ ta’ diversi speċi ta’ għasafar selvaġġi ġew, u għadhom qed jiġu osservati, minn bosta kaċċaturi u nassaba membri tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) sa minn ġranet qabel il-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċa tar-rebbiegħa ta din is-sena, li fetaħ fil-25 Marzu, 2017.  Speċi bħal Agretti Bojod u tal-Bhejjem, Tiġieġ tal-Baħar, Glallez Suwed u Gamiem tal-Kullar, kienu fost uħud li anki għamlu l-bejta u tajru frieħ.

Aqra aktar

Tibda l-passa tar-rebbiegħa fuq Malta

Ir-rebbiegħa tinsab magħna u magħha bdew jidhru wkoll l-ewwel sinjali tal-passa tar-rebbiegħa, b’opportunità mill-isbaħ għall-familji biex joħorġu barra jgawdu ssbuħija tan-natura u t-temp sabiħ.

 Fost l-oħrajn f’Manoel Island kien osservat Blonġun Prim, u madwar Malta ġew osservati wkoll speċi oħrajn bħad-Daqquqa tat-Toppu u l-Ħawwief. Beda jidher ukoll l-ewwel tajr tal-priża fosthom il-Bagħdan Aħmar. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet hekk kif kellna qamar kwinta laħqet ukoll il-qofol tagħha l-passa talborok, b’numru kbir ta’ birdwatchers jinġabru fiċ-Ċirkewwa biex jaraw dawn lgħasafar ipassu tul il-fliegu bejn Malta u Għawdex. Fost l-ispeċi osservati f’ammonti sostanzjali kien hemm il-Brajmla Ħamra, is-Sarsella Ħamra, is-Silfjun, is-Silfjun Ewropew, il-Palettuna, il-Kuluvert tas-Salib u s-Sarsella. Biex ma nsemmux ukoll l-ewwel osservazzjonijiet ta’ rsieset u agretti kif ukoll għasafar talplajja bħal Girwiel, Girwiel Prim, Pispisell u Pluverotti.

Aqra aktar

Birdlife jinsistu li l-istaġun tal-insib m’għandux jiftaħ

Birdlife Malta hija tal-opinjoni li l-istaġun tal-insib għall-għasafar tal-għana m’għandux jiftaħ għaliex huwa kontra direttivi Ewropej.

F’konferenza tal-aħbarijiet lejlet il-jum li fih il-Gvern Malti se jippreżenta l-punti tiegħu għall-ftuħ ta’ dan l-istaġun tal-insib quddiem il-Kummissjoni Ewropea, kelliema ta’ Birdlife Malta sostnew li għalkemm id-direttivi jagħtu lok ghall-insib f’certu kazi, l-użanza u d-delizzju mhumiex raġunijiet validi għall-insib. Żiedu wkoll li l-għasafar imsemmija huma protetti.

Aqra aktar

Għasfur RARISSIMU fl-Ewropa jintlemaħ Malta

Eman Portelli membru kaċċatur ta’ Kaċċaturi San Ubertu sab għasfur rari hafna, Olive Backed Pipit (Anthus hodgsoni).

Tant hu rari, anke fl-Ewropa, li m’hawnx isem bil-Malti għalieh. Dan magħruf li jqatta s-sajf fil-Pakistan, l-Indja, in-Nepal, iċ-Ċina, il-Korea, il-Ġappun, l-Ażja Ċentrali u r-Russja, imma kważi qatt fl-Ewropa.

Aqra aktar

“Minħabba l-injoranza u egoizmu tagħhom, qed iħammġu isem il-kaċċatur li josserva l-liġi” – KSU

“Il-preżenza ta’ ċinju ferut fil-bajja ta’ San Tumas turi biċ-ċar li hawn min ma’ ħaqqux ikollu liċenzja ta’ kacca jekk fil-fatt min fera dan iċ-ċinju huwa illiċenzjat”. Stqarr dan Mark Mifsud Bonnici, il-president ta’ Kaċċaturi San Ubertu, fi stqarrija ftit tal-ħin ilu.

“Huwa tal-mistħija li hekk kif l-għaqdiet prinċipali tal-kaċċa qed jgħatu sehemhom għall-konservazzjoni billi jitimgħu ċ-ċinji f’Għawdex, jiġi ferut ċinju minn xi persuna li probabbilment għanda liċenzja tal-kaċċa. Kaċċaturi San Ubertu KSU iħaddnu l-istess prinċipju ta’ l-akbar għadu tal-kaċċaturi, dak ta’ tolleranza zero lejn l-abbuż u bħala tkeċċi kwalunque membru li jinstab ħati ta’ tali abbuz”.

Aqra aktar

Send this to a friend