għalliem – One News

Notifiki

John Suda jitlef il-warrant ta’ għalliem wara li nstab ħati ta’ abbuż

L-attur veteran John Suda tteħditlu l-warrant ta’ għalliem wara li f’Ottubru li għadda nstab ħati ta’ abbuż sesswali fuq studenta ta’ 22 sena. Huwa kien ingħata sentenza sospiża ta’ ħabs wara li l-Qorti ppruvat li Suda uża l-iskuża ta’ lezzjoni tar-reċtar biex il-vittma tagħmel dak li jgħidilha hu.

Suda, li għandu 66 sena, instab ħati li lura f’ Lulju tal-2015, waqt provi għal serje televiżiva f’ħanut tal-massaġġi fil-Fgura, abbuża sesswalment minn żagħżugħa, li dak iż-żmien kellha 22 sena, li kellha x-xewqa li ssir attriċi.

Ara wkoll:

John Suda ħati ta’ abbuż

 

“Din kienet esperjenza trawmatika għall-familja ta’ Karen” – MUT

“Din kienet esperjenza trawmatika għall-familja ta’ Karen.” Dan kien kliem Kevin Bonello, il-President tal-MUT dwar Karen Mercieca u l-każ tagħha relatat ma’ abbuż ta’ studenti b’diffikultajiet fit-tagħlim.

Liema każ li l-Qorti tal-Appelli, ħelset minn kull akkuża lil LSA u għalhekk nstabet mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha. Hija kienet diġà nstabet mhux ħatja fl-2015, bl-akkużi jkunu li l-għalliema ta’ 35 sena mill-Qala abbużat minn studenta ta’ 11-il sena.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: L-istudenti tal-MCAST jistgħu jerġgħu jpoġġu għall-eżami

L-istudenti tal-Media u l-Ġurnaliżmu tal-ewwel sena fil-baċċelerat ġewwa l-istitut tal-Arti Kreattiva fl-Mcast kitbu ilmenti lill-mezzi tax-xandir dwar wieħed mill-letturi tagħhom.

Skont dak li qed jgħidu huma:

“Sa mill-bidu ta’ din is-sena skolastika wieħed mill-letturi tal-Ingliż f’dan l-istitut beda jaqta’ qalb l-istudenti u jgħidilhom li mhux ħa jgħaddu u saħansitra qalilhom li ħa jamel minn kollox biex sa inqas ħaġa iwaħħalhom bħal ma’ għamel fis-snin ta’ qabel, huwa kompla jgħid li fis-snin ta’ qabel ħa ħafna gost jara l-istudenti ma jgħaddux u għal dan il-kliem beda jgħid lill-istudenti l-marki baxxi li ġabu l-istudenti s-sena ta’ qabel.

Aqra aktar

Send this to a friend