Notifiki

Il-Gvern se jżid l-għajnuna finanzjarja lis-sidien tal-bars u l-każini tul Marzu

Il-Gvern se jestendi u jżid l-ammont tal-għajnuna finanzjarja li kienu qed jingħataw is-sidien tal-bars u l-każini tul dan ix-xahar, hekk kif dawn intalbu jibqgħu magħluqa anke tul Marzu bħala prekawzjoni kontra l-COVID-19.Aqra aktar

Sodisfazzjon dwar l-għajnuna għall-kmamar tan-nar

“Il-Gvern qed joffri soljev qawwi lid-dilettanti tan-nar u jgħin isaħħaħ il-festi Maltin.” Dan kien is-sentiment li qasam ma’ ONE NEWS dilettant tal-piroteknika f’pajjiżna fid-dawl tal-għajnuna li l-Gvern ser ikun qed jagħti fi ħlas għall-iskorti tan-nar. Fil-fatt il-kmamar tan-nar mhux se jkunu qed iħallsu għal spejjeż marbuta mal-iskorti għat-trasport tal-murtali.Aqra aktar

Kull bar kummerċjali se jieħu €2,700 bħala għajnuna addizzjonali minħabba l-pandemija

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu Johann Buttigieg ħabbar id-dettalji b’rabta mal-għajnuna finanzjarja addizzjonali għall-bars u l-każini li kellhom jagħlqu minħabba l-imxija.Aqra aktar

Il-Gvern se jiffinanzja servizzi bla ħlas lil persuni li tilfu xi qarib b’suwiċidju

Ftehim bejn il-Gvern u Victim Support Malta se jara li din l-għaqda tingħata mija u ħamsin elf ewro f’għajnuna tul it-tliet snin li ġejjin biex tkompl toffri servizzi ta’ wens lil persuni li jkunu għaddew minn suwiċidju fil-familja.Aqra aktar

Malta se tagħti €50,000 lil-Libanu wara l-isplużjoni qerrieda

Malta qed toffri l-appoġġ tagħha lir-Repubblika Lebaniża b’kontribuzzjoni finanzjarja ta’ €50,000 mill-baġit uffiċjali tagħha għall-għajnuna għall-iżvilupp wara l-isplużjoni devastanti li seħħet f’Bejrut nhar it-Tlieta li għadda. Dan sar magħruf minn stqarrija li ħarġet mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.Aqra aktar

Send this to a friend