għajnuna – One News

Notifiki

Malta se tagħti €50,000 lil-Libanu wara l-isplużjoni qerrieda

Malta qed toffri l-appoġġ tagħha lir-Repubblika Lebaniża b’kontribuzzjoni finanzjarja ta’ €50,000 mill-baġit uffiċjali tagħha għall-għajnuna għall-iżvilupp wara l-isplużjoni devastanti li seħħet f’Bejrut nhar it-Tlieta li għadda. Dan sar magħruf minn stqarrija li ħarġet mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.Aqra aktar

Għajnuna lin-negozji biex jimirħu barra minn xtutna

120 kumpanija tal-esportazzjoni li huma bbażati f’Malta ser ikunu qed igawdu minn investiment ta’ madwar erba’ mitt elf ewro, dan bħala parti mill-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li ħabbar dan il-Gvern wara l-pandemija. Aqra aktar

Malta fuq quddiem fl-għajnuna li tingħata lil persuni vulnerabbli

20,000 familja fosthom fosthom anzjani u persuni b’diżabilita’ qegħdin jibbenefikaw minn skema ta’ għajnuna b’investiment ta’ tmint mitt elf ewro fit-tqassim ta’ ikel bnin u sustanzjuż.

Id-direttur tas-Servizzi Korporattivi Stephen Vella fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali spjega kif permezz tal-iskema mħallsa minn Fondi Nazzjonali, il-Gvern jagħti l-għajnuna meħtieġa lill-familji bil-għan li jkunu jistgħu jkampaw mal-ħajja u fl-istess waqt jiġu mgħejjuna sabiex joħorġu miċ-ċirku tal-faqar.Aqra aktar

Għinuna nxandru l-futur!

Bil-għan li ONE jasal fil-proġett li jkollu OB ġdid fix-xhur li ġejjin, tul din il-ġimgħa qed tintalab l-għajnuna tal-pubbliku f’diversi programmi tal-istazzjon.

Aqra aktar

Vittmi jfittxu l-għajnuna imma mhux il-Qorti

Minn Jannar tal-2014 sa’ Ġunju ta’ din is-sena kienu sebgħa u sittin il-persuni li tressqu l-Qorti fuq każijiet ta’ stupru u attentati għal pudur bi vjolenza.

Minn tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru għall-Intern Michael Farrugia irriżulta li minnhom tnejn u għoxrin akkużat instab ħati u sitta ġew liberati, il-bqija tal-każijiet għadhom pendenti ħlief għal każ fejn is-suspettat laħaq miet waqt il-proċeduri.

Aqra aktar

Send this to a friend