Notifiki

Tindifa papali fil-bajja tar-Riviera

Illum se tkun qed titnaddaf waħda mill-isbaħ bajjiet f’pajjiżna; il-bajja tar-Riviera f’Għajn Tuffieħa.

L-istazzjon 89.7 Bay flimkien mal-eNGO Żibel ingħaqdu biex inaddfu l-akkwata bejn id-9.30 u s-2.00pm.

Membri parlamentari, organizzazzjonijiet diversi u anke l-pubbliku se jkunu preżenti biex jagħtu daqqa t’id f’din l-attività.

Tittajjar il-Blue Flag f’Għajn Tuffieħa

Golden Bay hija l-għaxar bajja f’pajjiżna li ġiet iċċertifikata bil-Blue Flag.

Preżenti għal din l-okkażjoni kien hemm il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis qal li t-turist ifittex post sigur u għalhekk, il-fatt li aktar bajjiet jiġu ċċertifikati bil-blue flag iserħulhom rashom li l-bajja li se jmorru fiha hija waħda sigura, nadifa, u fuq kollha tilqa’ lill-familha kollha, anke fid-dawl li kull sena, ħafna turisti jiġu Malta biex igawdu mix-xemx u l-bajjiet tagħna.Aqra aktar

Send this to a friend