Ggantija – One News

Notifiki

Imorru sal-Ġgantija f’Sibt il-Għid, u jsibu lil Michela tittimbralhom il-passaport!

Il-Ministru Owen Bonnici żar it-Tempji Neolitiċi tal-Ġgantija waqt avveniment organizzat minn Heritage Malta b’kollaborazzjoni mal-PBS, li waqtu, ir-Rappreżentant ta’ Malta għall-Eurovision 2019 Michela Pace kienet qed tittimbra l-Passaporti tal-istudenti ta’ Heritage Malta.

Waqt l-avveniment, numru ta’ tfal u membri familjari tagħhom kellhom l-opportunità li jżuru t-Tempji tal-Ġgantija, sit ta’ wirt dinji tal-UNESCO, bla ħlas, grazzi għal din l-iskema.

Ivvandalizzat it-tempji tal-Ġgantija, u pattiet b’240 xogħol komunitarju

Filli tobrox u tivvandalizza t-tempji tal-Ġgantija u filli ssib ruħha taħdem qalb il-wirt storiku ta’ pajjiżna. Dan nistgħu ngħidu li huwa każ ta’ suċċess għaliex mara li nstabet ħatja li wettqet ħsara fuq it-tempji li jmorru lura għal aktar minn 5,000 sena, issa tassew irriformat ruħha u qed tagħmel xogħol fil-komunità ma’ Heritage Malta.Aqra aktar

Xi ppjanajt għal nhar il-Ħadd?

Tista’ żżur it-tempji tal-Ġgantija fix-Xagħra, Għawdex bla ħlas nhar il-Ħadd li ġej, 14 ta’ Ottubru. Dawn it-tempji preistoriċi huma inklużi fil-lista tal-Wirt Kulturali Dinji tal-UNESCO, u huma kkunsidrati bħala wħud mill-eqdem monumenti wieqfa fid-dinja, saħansitra iktar antiki minn Stonehenge u l-piramidi tal-Eġittu.Aqra aktar

Ħsara rriversibbli fil-Ġgantija

 

Il-ħsara kkawżata minn tnaqqix fil-ġebel tat-tempji Megalitiċi tal-Ġgantija li sar f’Settembru li għadda, hija irriversibbli.

Din il-konklużjoni tirriżulta minn rapport ta’ Heritage Malta ikkwotat fil-gazzetta KullĦadd.

B’rabta ma’ dan il-każ fil-Qorti beda jinstema’ l-każ ta’ Stephen Catania, raġel ta’ 49 sena li kien flimkien mal-mara li nqabdet tnaqqax fil-ġebel l-ismijiet Steve u Amir.  Instabet ukoll kitba bl-Għarbi fuq il-blat ta’ dan is-sit storiku.

Ir-raġel tressaq għax irreżista l-investigazzjoni, filwaqt li l-mara Alġerina għad trid titressaq il-qorti għax kienet rikoverata l-isptar. Hi  trid twieġeb għall-ħsara li saret fit-tempji bi ksur tal-Att dwar il-Patrimonju Nazzjonali.

Aqra aktar

Jinqabdu jħażżu isimhom mat-tempji tal-Ġgantija; jgħidu li ma kienux jafu li ma setgħux!

Skont rapport fis-sit timesofmalta, koppja kienet arrestata wara li nqabdu jħażżu isimhom fuq il-ġebel tat-tempju tal-Ġgantija, liema tempju jmur lura 5,500 sena.

Iż-żewġ suspettati huma Malti minn San Ġwann li għandu madwar tletin sena, u barranija li tgħix ix-Xagħra. Dawn nqabdu minn ħaddiem tas-sigurtà, u mistennija jitressqu l-Qorti fiż-żmien li ġej. Heritage Malta qalet li t-tħażżiż fil-ġebel, li juwa eqdem minn dak tal-piramidi ta’ Giza u ta’ Stonehenge, huwa pjuttost fond.

Aqra aktar

Send this to a friend