Ġermanja – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: 17-il ajruport li tista’ ttir lejhom minn Malta mill-1 ta’ Lulju

6 linji tal-ajru differenti ser ikunu qed joffru titjiriet diretti lejn 17-il ajruport f’disa’ pajjiżi u reġjuni, inklużi Sqallija, il-Ġermanja, l-Isvizzera u l-Lussemburgu, għall-perjodu bejn Lulju u Ottubru.

Ħabbar dan l-ajruport internazzjonali ta’ Malta fi stqarrija hekk kif spjega li bħalissa t-tim tal-iżvilupp tat-Traffiku flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qegħdin jaħdmu mill-qrib mal-linji tal-ajru sħab tal-ajruport sabiex jerġgħu jibdew jibnu l-konnettività ta’ Malta, hekk kif ir-restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġjar qed jiġu llaxkati.

Aqra aktar

Tnejn jinqatlu fi sparatura fil-Ġermanja

Minn tal-anqas żewġ persuni nqatlu f’Halle, il-Ġermanja wara sensiela ta’ sparaturi. Jidher li persuna qed tinżamm arrestata b’rabta ma’ dan il-każ, iżda numru ta’ suspettati jidher li rnexxielhom jaħarbu minn fuq il-post. Qed ikun irrapportat li l-aggressur kien liebes uniformi militari u fetaħ in-nar fi stabbiliment tal-ikel fiż-żona. Aqra aktar

Send this to a friend