Bint George Vella tgħid li ġiet diskriminata mill-HSBC

Bint il-Ministru George Vella fetħet proċeduri legali kontra l-HSBC wara li dehrilha li saret diskriminazzjoni fil-konfront tagħha.

Elaine Scicluna ta’ 46 sena ilha 27 sena taħdem fil-qasam bankarju u allegat li nkisrulha d-drittijiet tagħha wara li nqabżet fi proċess li sar għal promozzjoni.

Aqra aktar

Malta se toffri assigurazzjoni fi żmien ikkumplikat

Il-Presidenza Maltija ġejja fi żmien eċċellenti biex l-Unjoni Ewropea terġa’ tħares lejn il-baħar Mediterranju bħala baħar Ewropew, bl-opportunitajiet u l-isfidi kollha li jġib miegħu. Hekk saħqet ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Federica Mogherini, fl-ewwel żjara uffiċjali f’pajjiżna.
Mogherini aċċennat dwar l-irwol ċentrali li se jerġa’ jingħata lil pajjiżna biex l-Ewropa tingħaqad man-nofsinhar tal-Afrika u flimkien mhux biss jinstabu soluzzjonijiet għall-immigrazzjoni llegali iżda wkoll tinħoloq kultura ta’ skambji ta’ taħriġ għaż-żgħażagħ u jinħolqu opportunitajiet ta’ sħubija oħra. F’ konferenza tal-aħbarijiet mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni sostniet li l-koperazzjoni bejn iż-żewġ kontinenti fil-qasam tal-immigrazzjoni illegali qed tħalli l-ewwel riżultati.

Malta ċentru tal-Commonwealth minn Diċembru

Kien iffirmat ftehim li permezz tiegħu f’pajjiżna twaqqaf iċ-ċentru t’eċċellenza għall-istati żgħar membri tal-Commonwealth. L-iffirmar tal-ftehim seħħ fi New York, miIl-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella u s-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth Baroness Patricia Scotland quddiem rapreżentanti mill-istati membri tal-Commonwealth.
Aqra aktar

Ikomplu jissaħħu r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Kosovo

Il-Minsitru għall-Affarijiet Barranin George Vella ltaqa’ mall-Minsitru għall-Integrazzjoni Ewropea tal-Kosovo Bekin Collaku.

It-tnejn tkellmu dwar ir-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi, li ssaħħu partikolarment fl-aħħar xhur, biż-żjara tal-President tal-Kosovo f’pajjiżna.

Il-Ministru mill-Kosovo qal li l-ftehim tal-assoċjazzjoni mal-Unjoni Ewropea diġa’ beda jidħol fis-seħħ. Il-Ministru Malti esprima xewqa li ż-żewġ pajjiżi jikkollaboraw anke minn aspetti soċjali u ekonomiċi.

Aqra aktar

Jitħarġu dwar kif għandhom jindirrizaw it-terroriżmu

Illum l-Istitut Internazzjonali għall-Ġustizzja qed ifakkar it-tieni sena minn mindu kien imwaqqaf f’pajjiżna.

Jum li fih saret attivita’ li kienet indirizzata mill- Ministru għall-affarijiet barranin George Vella.

L-importanza li dan l-istitut internazzjonali kien stabbilit f’pajjiżna huwa rimarkat bir-referenza għalih bħala Institut.

Aqra aktar

Ambaxxaturi taħt saqaf wieħed

Dalgħodu l-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella fetaħ laqgħa ta’ jumejn għall-Ambaxxaturi. Din il-laqgħa ssir kull sena u din is-sena d-diskussjoni se tiffokka fuq il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea ta’ pajjiżna s-sena d-dieħla. Fost oħrajn se jkunu diskussa l-loġistika, il-programm kulturali, il-politika u t-taħriġ.

Se jsiru laqgħat ta’ head of missions tul is-sitt xhur tal-Presidenza biex jinfurmaw xi jkun għaddej eżatt waqt il-Presidenza. Tul il-laqgħa tal-ambaxxaturi din is-sena kien hawn preżenti wkoll rappreżentanti importanti fil-qasam tal-kummerċ biex ikunu nfurmati dwar kif jistgħu jippromwovu lil Malta.

Aqra aktar

“Pass ‘l quddiem” bejn Malta u t-Tuneżija

Waqt li għadu jidwi l-eku tal-attakki terroristiċi fit-Tuneżija, ufficjali tal-pajjiż qed jaħdmu bil-għan li jerġgħu jistabilizzaw is-sitwazzjoni fil-pajjiż.

F’pajjiżna bħalissa hawn il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tat-Tuneżija, Khemaies Jhinaoui, li fl-aħħar sigħat kellu numru ta’ laqgħat mal-Ministru għall Affarkjiet Barranin ta’ pajjiżna George Vella.

Aqra aktar

Se jaħdmu minn Malta

Stabbilit ċentru ta’ kooperazzjoni u koordinazzjoni dwar l-immigrazzjoni f’Malta.

L-ICMPD, li huwa ċentru ghall-immigrazzjoni għażel lil Malta biex tkun il-bażi ewlenija tagħha. B’hekk kull attività marbuta mal-immigrazzjoni tkun indirizatta Malta. Dalgħodu l-Minsitru ghal-Affarijeit Barranin George Vella ifirma il-ftehim li jissiġilla ċ-ċentru ġewwa Malta, flimkien mad-direttur ġenerali Michael Spindelegger.

Aqra aktar

Malta lesta tgħin biex il-Libja tħares lilha nfisha

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella laqa’ talba uffiċjali mill-Prim Ministru Libjan Fayez al-Sarraj, biex l-Unjoni Ewropea tappoġja taħriġ għall-forzi tal-baħar u gwardji tal-kosta Libjani.

 

L-Unjoni Ewropea m’għandhiex taħli ħin biex tipprovdi din it-tip t’għajnuna lill-Gvern Libjan, kompla jgħid il-Minsitru Vella. Stqarr li Malta tinsab lesta tagħmel il-parti tagħha sabiex tikkontribwixxi għal dan it-tip ta’ taħriġ. L-għan hu li l-awtoritajiet Libjani jkunu mħajra jħarsu l-konfini martittimi. Dan għandu jgħin fil-ġlieda kontra traffikar ta’ persuni u l-immigrazzjoni rregolari.

Aqra aktar

George Vella f’laqgħa importanti dwar il-Libja

Fi Vienna saret laqgħa ministerjali dwar il-Libja fuq stedina tas-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti tal-Amerika John Kerry u tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Italja, Paolo Gentiloni.

Din hija l-ewwel laqgħa ministerjali tax-xorta tagħha min mindu l-Prim Ministru Libjan Fayez Serraj daħal fi Tripli biex min hemm iwaqqaf il-Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali. Il-ministri li pparteċipaw fil-laqgħa addottaw Stqarrija Konġunta li fiha hemm inmiżżla l-passi li jmiss li għandhom iwasslu għall-istabilita’ fil-Libja.

Aqra aktar

Send this to a friend