Aktar minn €251,800 għal proġetti li se jsiru f’pajjiżi fl-Afrika, l-Asja, u l-Amerika t’Isfel

 Għal sena oħra l-Ministeru għall-Affarjiet Barranin ġedded l-impenn tiegħu favur l-implimentazzjoni tal-assistenza tal-iżvilupp permezz ta’ skema ta’ ko-finanzjament lill-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi għall-Iżvilupp (NGDOs), fl-isforzi tagħhom biex jgħinu nies vulnerabbli madwar id-dinja. Waqt iċ-ċerimonja tal-preżentazzjoni taċ-ċekkijiet ġewwa l-Ministeru, tnax-il proġett minn organizzazzjonijiet differenti ġew ko-finanzjati bħala parti mill-politika tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp tal-Gvern ta’ Malta.
Aqra aktar

Relazzjonijiet mill-qrib bejn Malta u l-Ażerbajġan

Malta tħares ’il quddiem li jkun hemm relazzjonijiet ġodda mal-Ażerbajġan -minkejja l-kritika li ssir lill-Gvern Malti f’dan ir-rigward.

Qal dan il-Prim Ministru Joseph Muscat it-Tnejn filgħaxija f’laqgħa mal-Ministru għall-affarijiet barranin tal-Azerbaijan Elmar Mammadyarov.

Aqra aktar

Il-Ministru George Vella jiddiskuti s-sitwazzjoni tal-Libja fost aktar tħassib waqt laqgħa fil-Lussemburgu

Waqt laqgħa mal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin li ttella’ fil-Lussemburgu, is-sitwazzjoni li tinsab fiha bħalissa l-Libja, kien it-tħassib ewlieni tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin, George Vella. Dan fid-dawl tad-diżgwid li hemm bejn  il-Lvant u l-Punent tal-pajjiż.

L-ewwel punt diskuss fil-laqgħa kienet is-sitwazzjoni fis-Sirja, fejn din id-diskussjoni serviet bħala opportunità għall-Kummissarju Hahn biex jippreżenta Joint Communication dwar l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għas-Sirja lill-Ministeri għall-Affarijiet Barranin. Din l-istrateġija tiddefinixxi l-irwol importanti li għandha l-UE biex issib soluzzjoni politika fit-tul fis-Sirja taħt l-Istati Uniti. Il-Ministru Vella laqa’ din l-istrateġija fejn tkellem dwar il-bżonn ta’ kif l-UE għandha tieħu rwol aktar attiv.

Aqra aktar

Il-kelma t-tajba f’baħar imqalleb

Id-dinja għaddejja minn mumenti diffiċli u d-diplomazija, jew il-kelma t-tajba, huma importanti iktar minn qatt qabel. Jiem wara attakk terroristiku ieħor, f’mument fejn qed tiżdied it-tensjoni mat-Turkija u filwaqt li Malta għandha t-tmun tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea tkellimna mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin, George Vella.

Għaddiet kważi nofs il-Presidenza ta’ Malta fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. X’inhi l-analiżi tiegħek sa issa u fejn qed tara l-Malta tispikka?

Bħalma jiġri f’kull ħaġa oħra li tkun ilek tistenna, meta jasal il-waqt, dak l-avveniment tant mistenni qisu jtir u jidher għaddej malajr. Hekk ġara b’din il-Presidenza. Aktar minn sentejn ta’ preparamenti, u f’kemm ili ngħidlek, wasal l-ewwel ta’ Jannar, u kwazi għaddew tliet xhur diġà mis-sitt xhur li rridu nagħmlu fil-Presidenza.

Aqra aktar

Investiment bla preċedent fir-riżors uman

Waħda mill-ikbar sfidi li dan il-Gvern, fl-aħħar erba’ snin dawwar f’opportunita’ hija l-qasam tas-sigurta’ tal-pajjiż, li hija ta’ prijorita assoluta għall-gvern.

Waqt is-sessjoni Gvern li Jisma’ il-Ministru għall-Intern u s-Sigurta Nazzjonali Carmelo Abela, saħaq li huwa xogħol il-gvern li minn wara l-kwinti jara li l-pajjiż ma jkollux theddid terroristiku jew theddid ta’ kriminalita organizzata.

Għal dan il-għan sar investiment multi-miljunarju fil-forzi armati ta’ Malta fl-oqsma tas-sorveljanza mill-ajru, mill-baħar u anka mill-art.

B’ rabta ma’ dan, huwa l-investiment t’erbatax-il miljun ewro, ko-finanzjat minn Fondi Ewropej li se jara l-wasla tal-Ajruplan King Air li se jingħaqad mal-flotta tal-Forzi Armati ta’ Malta fil-ġimgħat li ġejjin.

Aqra aktar

Pajjiżna nkarigat minn ftehim importanti

  • Malta, bħala President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ingħatat l-inkarigu li tibda d-diskussjonijiet dwar x’tip ta’ ftehim irid jintlaħaq mal-pajjiżi tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku wara li jiskadi l-Ftehim ta’ Cotonou fl-2020

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, it-Tabib George W Vella, ipparteċipa f’laqgħa tal-Commonwealth Ministerial Action Group f’Londra. Malta hija membru ta’ dan il-Grupp bħala ċ-Chair in Office tal-Commonwealth.

Aqra aktar

“Inwiegħed l-appoġġ tal-Gvern Malti fil-ġlieda tal-Gvern Tork kontra t-terroriżmu”

Wara l-attakk terroristiku li ġara dal-lejl f’kumpless ta’ divertiment f’Istanbul, it-Turkija, li fih tilfu ħajjithom 39 ruħ u weġġgħu numru ħafna akbar ta’ persuni, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr George W. Vella dalgħodu għamel kuntatt bit-telephone mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Tork, Mevlüt Çavuşoğlu li permezz tagħha wassallu d-dispjaċir tal-Gvern u l-poplu Malti għal dan l-inċident ikrah u wegħdu l-appoġġ tal-Gvern Malti fil-ġlieda tal-Gvern Tork kontra t-terroriżmu.

Aqra aktar

Send this to a friend