Iż-Żejtun iħejji biex jilqa’ l-ewwel President minn ħdanu

Hekk kif għada Dr. George Vella jilħaq l-għaxar President tar-Repubblika, iż-Żejtun illum intrama bil-bnadar Maltin.

Filgħodu kmieni, għada Dr. Vella jitlaq miż-Żejtun lejn il-Belt Kapitali Valletta għaċ-ċerimonja tal-ħatra bħala President tar-Repubblika.

It-Tabib Vella huwa maħbub tant miż-Żwieten, li lkoll ifaħħruħ għall-ħidma li dejjem wettaq kemm bħala tabib kif ukoll bħala politiku ta’ integrità kbira.

Ir-Reġina b’unur lil Dr. George Vella

Ir-Reġina Eliżabetta t-tieni tat lil Dr.George Vella l-kavallerat tal-Ordni ta’ San Mikiel u San Ġorġ. L-unur ingħata lil Dr. George Vella  fil-Palazz tal-President fil-Belt Valletta, personalment mid-duka ta’ Kent, li jiġi l-kuġin tar-reġina.

Aqra aktar

George Vella membru tal-grupp li se jagħżel is-suċċessur tal-Kap tal-Commonwealth

Ir-Reġina Eliżabetta t-tieni mistennija tagħlaq 92 sena f’Apil li ġej u dan qed joħloq ftit tensjoni dwar min se jkun qed imexxi bħala Kap tal-Commonwealth flokha, ġaladarba hi tmut.

Din hija kwistjoni ftit sensittiva minħabba li l-irwol ta’ kap mhix ereditarja.

Il-Commonwealth waqqaf grupp ta’ livell għoli biex jevalwa l-mod ta’ kif l-organizazzjoni internazzjonali qed tkun iggvernata u wieħed minnhom huwa Dr. George Vella; ex-Ministru tal-Affarijiet barranin. Dan ġie rrapurtat mill-mezzi tax-xandir BBC.

Ir-Reġina ilha taħdem anke b’mod privat biex tassigura li l-Prinċep Charles ikun is-suċċessur tagħha, sa anke bagħtet uffiċjali madwar id-dinja biex imexxu dan il-ħsieb.

Fic-CHOGM li sar f’Malta fl-2015, ir-reġina saħqet li tixtieq li l-Princep Charles ikun l-ahjar għażla minflokha u li żgur ser ikompli jmexxi b’mod eċċellenti.

Send this to a friend