Notifiki

BIL-FILMAT: L-Awditur li ħatar Hyzler kien instab ħati ta’ negliġenza mill-Qorti

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler ħatar konsulent fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu bħala awditur li kien instab ħati ta’ reati serji fil-Qorti, sabiex jinvestiga u janalizza d-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-Membri Parlamentari.Aqra aktar

Borg Barthet wieħed mill-konsulenti ta’ Hyzler

L-eks Avukat ġenerali Anthony Borg Barthet huwa wieħed mill-konsulenti tal-kummissarju għall-istandards fil-ħajja pubblika George Hyzler.  Hekk żvelat il-gazzetta ‘Illum’ li spjegat kif dan l-eks avukat ġenerali, kien ta n-nolle prosequi kontroversjali lill-eks kummissarju tal-Pulizija George Grech, li kien qed ikun investigat mill-maġistrat Miriam Hayman. Aqra aktar

Bedingfield jgħid li l-Kummissarju għall-Istandards qed jaddotta riga separata ta’ standards għalih

Il-Whip tal-Gvern, Glenn Bedingfield esprima d-diżappunt dwar l-uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika wara li mistoqsijiet parlamentari li kienu saru dwaru u dwar l-uffiċċju li jmexxi għadhom mhux imwieġba.Aqra aktar

Il-Kummissarju għall-Istandards quddiem il-Parlament għall-ewwel darba

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika rċieva erba’ ilmenti li tlieta minnhom qed jinvestigahom u ieħor li mhux ikun investigat għax ‘prima facie’ ma jaqax skont il-liġi.  Il-Kummissarju George Hyzler qal dan meta ltaqa’ l-ewwel darba l-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Il-Kummissarju Hyzler għandu sitt xhur biex jagħlaq investigazzjoni.Aqra aktar

George Hyzler maħtur Kummissarju dwar l-Istandards

Fil-Palazz il-Belt Valletta, l-Avukat George Hyzler inħatar uffiċjalment bħala l-ewwel Kummissarju dwar l-Istandards u l-etika fil-politika għal mandat ta’ ħames snin.

Kariga li nibtet minn wegħda tal-Partit Laburista u fost oħrajn se twassal biex il-Kummissarju jinvesta d-dikjarazzjoni tal-assi tal-Ministri u d-Deputati u jinvestiga każi ta’ mgieba ħażina u ksur tal-etika.Aqra aktar

Send this to a friend