ġenituri – Page 3 – One News

Notifiki

“ĦASSEJT ĠISMI NOFSU MEJJET U QTUGĦ TA’ NIFS KBIR”

  • Jirrakonta Mark Grima, missier li tilef lil ibnu ta’ xahar u nofs

Il-5 ta’ Diċembru tal-2016. Ġurnata li ħalliet timbru f’ħajjet Mark u Cynthia Grima – koppja li saret missier u omm għall-ewwel darba.

Malli fetaħ għajnejh, baby Deyan kien imdawwar bi qlub mimlija mħabba, lesti biex jagħtuh dak kollu li kellu bżonn fil-vjaġġ li bħal tfal oħrajn, kellu jifformalu ħajtu.

Iżda ma kellux ikun.

Aqra aktar

1,824 ġenitur jgħidu LE għall-uniformi u IVA għat-tracksuit

1,824 ġenitur jemmen li t-tfal għandhom imorru l-iskola bit-tracksuit.

Dawn  jemmnu li apparti l-fatt li tracksuit tnaqqas il-kesħa, it-tfal ikunu aktar liberi li jiċċaqalqu u titnaqqas it-tbatija għall-ġenituri ta’ tfal li għandhom ġenituri bi tfal bi bżonnijiet spejċali.

L-espert fid-dehra Ludwig Saliba  spjega li l-importanza mill-aspett etsetiku, filwaqt li aċċenna wkoll il-ħtieġa li l-uniformi tkun magħmulha b’mod li jkun aktar komdu għat-tfal. Spjega li mit-tfal, wieħed ma jistennix xi serjetà reġimentata bħal ma wieħed jistenna fuq postijiet tax-xogħol.

Charles Caruana Carabez, eks edukatur, wieġeb “absolutely” meta mistoqsi hemmx bżonn bidla totali fil-mod li bih inħarsu lejn l-edukazzjoni. Staqsa jekk il-preżenza tal-uniformi hix mossa demokratika jew komunista.

Dawn il-punti tqajmu waqt il-programm pjazza u li kienu diskussi flimkien ma’ Joanne Muscat, omm li ffirmat il-petizzjoni online.

Aqra aktar

Meta ma jkun għad fadal ebda triq oħra għat-tfal

Permezz ta’ care orders, tfal jitpoġġew taħt is-sorveljanza ta’ awtoritajiet lokali, li jieħdu deċiżjonijiet dwar it-trobbija minflok il-ġenituri.

Il-Parlament għadu kemm approva liġi li permezz tagħha, se tkun il-Qorti li toħroġ care orders u l-Ministru mhux se jibqa’ aktar responsabbli. Se jkun hemm bord apposta li jaħdem id f’id mal-Qorti li jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet u jħejji r-rapporti biex jippreżentahom il-Qorti, fejn fl-aħħar mill-aħħar tiddeċiedi hi x’għandu jsir dwar it-trobbija tat-tfal li jinqalgħu mill-ġenituri naturali tagħhom biex jitrabbew għand il-foster parents.

L-Avukata Giuliana Scerri Ferrante spjegat l-importanza ta’ dan kollu waqt il-programm Pjazza. Fuq kollox saħqet li care orders se jkunu wżati biss meta ma jkun għad fadal assulutament l-ebda triq oħra.

 

Aqra aktar

Il-ġenituri jitgħallmu l-Malti m’uliedhom

L-interess kbir li jeżisti għal-lingwa Maltija qed iwassal biex l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu torganizza korsijiet immirati lejn persuni differenti. Per eżempju, kors li se jibda għada huwa mmirat biex għalliema tal-Primarja u tas-Sekondarja li ma jgħallmux il-Malti, isiru midħla tal-aspetti ewlenin fl-ortografija. Dan huwa biss wieħed min-numru ta’ korsijiet li qed isiru bħalissa bl-istess għan. Fis-servizz li jmiss se nisimgħu dettalji dwar kors li għaddej bħalissa, u li qed jingħata lill-ġenituri ta’ studenti li f’Mejju se joqogħdu għall-O-Level tal-Malti.

Aqra aktar

F’care order għal iktar minn tliet snin

253 tifel u tifla ilhom għal iktar minn tliet snin taħt Ordni ta’ Ħarsien fejn ikunu segwiti minn ħaddiema soċjali mħarrġa li jaħdmu mal-Aġenzija Appoġġ.

Dawn it-tfal ilhom f’din is-sitwazzjoni iktar minn sitta u tletin xahar minħabba li s-sitwazzjoni fil-familja tagħhom baqgħet ma marritx għall-aħjar.
Aqra aktar

Iktar single parents jaħdmu

 

Fi tliet snin kien hemm żieda ta’ 10% fin-numru ta’ single parents fid-dinja tax-xogħol.

Dan jirriżulta minn tagħrif li kien ippubblikat flimkien mad-dokument ta’ qabel il-baġit.  Huwa tagħrif li juri biċ- ċar ir-riżultati li ħallew diversi inizjattivi maħsuba biex iktar nies jidħlu d-dinja tax-xogħol.

Filwaqt li fl-2013 kien hemm ftit inqas minn 50% tat-total tas-single parents jaħdmu, illum dan in-numru laħaq is-60%. Fost oħrajn, dan seħħ grazzi għaċ-child care b’xejn u għat-tapering tal-benefiċċju fejn jekk tkun tibbenefika minn xi għotja din ma tinqatax mill-ewwel jekk tibda taħdem; miżura biex tħeġġeġ ix-xogħol.

Aqra aktar

KAŻ TA’ BŻONN: ommijiet jgħinu biex it-tfal jinqabdu tqal

Kollox jindika li kampanja Daniża sabiex tiżdied ir-rata ta’ twelid qed tħalli l-frott. Dan is-sajf mistennija jitwieldu 1,200 tarbija aktar minn kemm twieldu s-sena li għaddiet.

Waħda mill-kampanji saħansitra inkoraġġiet lill-ulied jagħmlu t-tfal, bl-islogan “għamilha għal ommok” – ċioe għamilha nanna.

Il-kumpanija Spies Travel ħarġet dan il-filmat li kien intwera’ fuq l-istazzjoni televiżiv nazzjonali Daniż lura f’Settembru 2015. Araw x’taħsbu:

Aqra aktar

Send this to a friend